Id-Dmirijiet ta Ċittadin

Similar documents
IL-MOSKEA RASHID AHMAD CHEEDOO AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA

ID-DAWL. Qimu l Alla u kunu ġenerużi... Marzu 2018 NUMRU 3. Relazzjonijiet mal-ġirien. Is-Servizz għall-umanità. L-Imġiba Tajba

ID-DAWL. Il-Ħniena Tiegħi tħaddan kollox FRAR 2018 NUMRU 2. Il-Patrijottiżmu Sinċier. Il-Kastig tal-blasfemija. L-Għan tal-ħolqien

L-IŻLAM. Ħażrat Mirża Masroor Aħmad aba. Il-Ħames Suċċessur tal-messija Mwiegħed as, Il-Mexxej tal-komunità Aħmadija Musulmana

Riformatur għall-musulmani biss?

Imħabba Vera Għall-Qaddis PROFETA MUĦAMMAD sa

APOCRYPHA TOBIT TAL-KING JAMES BIBBJA Tobit

January 2015 vol 2 -Issue 5

F Isem Alla, Mimli Grazzji, Dejjem Ħanin

Contents. EasterSprit Videos - English and Maltese

IL-KUR~IFISS BIL-JEANS

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU 2018

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi JANNAR 2018

Il-Ġimgħa L-Kbira F'Malta L-Arti, it-tradizzjonijiet u l-fidi fil-festi tal-ġimgħa Imqaddsa

(W) Surrender! / (W) Inċedi

AWWISSU Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Mgħallem tajjeb, x għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta dejjem? (Mk 10,17)

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi LULJU 2016

Signum Fidei }ajja ta Xhieda u ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU Is-Samaritan it-tajjeb: pittura ta Loth Johann Karl

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi DIĊEMBRU 2018

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi NOVEMBRU 2015

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU 2017

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi NOVEMBRU 2017 CHRIST THE KING

Konferenza tal-lingwa NgliŜa fil-litwanja

AWWISSU 2014 IL-MARTIRJU TA SAN LAWRENZ

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi MARZU 2018

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda ta Fidi


Ħajja ta Xhieda u ta Fidi OTTUBRU The Ecstasy of St. Teresa of Avila, Marble sculpture By Gianlorenzo Bernini

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi FRAR Bartolomé Esteban Murillo, Return of the Prodigal Son , courtesy National Gallery of Art, Washington

The artwork used in the cover of the dust jacket is by kind permission of Ms. ELKE REHDER:

Lourdes. Britannia Tours. Vjaææi gœal BSL. 4 ijiem sœaœ. 5 ijiem sœaœ. minn 4 IJIEM SŒAŒ. minn 5 IJIEM SŒAŒ ta Awwissu

In spite of your weaknesses, in spite of your past mistakes or struggles, you can be an effective and successful witness for the Lord Jesus Christ.

Qribek. Mill-Pinna... Fr Silvio. Dear students and parents,

MALTESE E-NEWSLETTER CHRISTMAS EDITION - December 2017

L-Għid tal-qawmien tal-mulej mill-imwiet

FATHER S DAY LUNCHEON Story and more pictures on Pages 3, 4 and 5

MALTESE HISTORY. D. The Roman Inquisition in Malta. Form 3

Żjara tal-ministru Ġeneral P. Michael A. Perry O.F.M. fi gżiritna fit-23 u l-24 t April 2014

ORDNI FRANĠISKANA PAWL NRU ATRIJIET MINURI PROVINĊJA INURI - M A L T A AWL APPOSTLU

100 sena mill-ftuħ tal-knisja ta Sant Antnin, Għawdex

Talb għall-paċi u għal Ħutna Nsara Ippersegwitati. Pjazza tas-santwarju tal-madonna tal-mellieħa

Il-preżenza tagħna f Malta

Ftu] uffi``jali tat-800 sena mit-twaqqif tal-ordni tal-klarissi 16 t April

id-drammi ta ORESTE CALLEJA JUM FOST L-OĦRAJN PUBBLIKAZZJONI

Hajja Salesjana. MARZU-APRIL il-214 Óar a. Haiti - The Salesians Hit by the Earthquake A Saintly Salesian Brother G aqda mar-rieda ta Alla

RESKEON NEWSLETTER AUTUMN

Hajja Salesjana. il-233 Óar a. Maltin u Dun Bosco Big Stories from Little Hearts Il-Madonna ta Kibeho The Sparrow at Starbucks

MARZU - APRIL 2015 il-239 Óar a

JANNAR - FRAR 2015 il-238 Óar a

MCCV newsletter. Bishop Joe Grech

Hajja Salesjana. il-218 Óar a. Mons. Nikol Cauchi Praying from the Heart Ìest sabi favur l-annimali abbandunati

Australian Prime Minister Malcolm Turnbull meets the Queen for the first time in Malta

Hajja Salesjana. MARZU-APRIL il-219 Óar a. Signs of Sorrow and Love The Pastor and the Son Is-Salesjani fõ tas-sliema

(21.) 1. Religione e società - Europa I. Carvalho, Joaquim. CIP a cura del Sistema bibliotecario dell Università di Pisa

Benedittu XVI. PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No KAPITLU PROVINĊJALI

ajja SETTEMBRU-OTTUBRU 2009 il-210 Óar a Salesjana Pilgrimage to Turin The Folded Napkin Marija u r-ruωarju

L-isbaħ xewqat ta Milied hieni u qaddis, u s- sena 2007 tkun ta paċi u ġid! - L-Editur

Hajja Salesjana. NOVEMBRU-DIÇEMBRU il-222 Óar a. A Baby s Hug Tradizzjoni g aωiωa tal-avvent Il-Premju Nobel lil Isqof Salesjan

Maria Adeodata Pisani and the extraordinary healing of Henry Casolani

IL-PM I}UR L-ISQFIJIET FIL-LIBYA

Hajja Salesjana. MEJJU-ÌUNJU il-220 Óar a. You Reap what you sow Feast of Don Bosco in Tornoto The final salute to Fr Marek Rybinski

Association of the Members of theu3e

MALTESE E-NEWSLETTER 249 January/Jannar 2019

ajja NOVEMBRU DIÇEMBRU 2009 il-211 Óar a Salesjana Jiena nista ng ix fil-qawwa ta l-ispirtu s-santu The Packing Mistake Vendetta ta Ìurdien

PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No BI TĦEJJIJA GĦAT-VIII ĊENTINARJU TAR-REGOLA

ta S. Marija ta {esu, ir-rabat. }adimha l-palermitan Antonello Gagini ( ) u [iet ikommissjonatha mill-patrijiet tag]na fit-23 ta Frar 1504.

L-A}BAR. PROVIN~JA FRAN{ISKANA S. PAWL APPOSTLU - MALTA Nru. 152 JANNAR

Żjara tal-papa Benedittu XVI f Assisi 17 ta Ġunju Jingħata l-midalja għall-qadi tar-repubblika. Kapitlu tal-ħsajjar. 7-9 ta Jannar 2007

Hajja Salesjana. il-232 Óar a. Maltin u Dun Bosco From St. Nicholas to Sta. Claus Il-Madonna tal-g oqod Meta l-orgni Ma Daqqx

The Prophecy of Musleh Ma'ood

RESKEON NEWSLETTER SUMMER

Jalsa Salana Germany 2015: Proclaim the Bounties of Allah

Salat and its etiquettes

prospectus Prospectus ta Korsijiet Course Prospectus

RESKEON NEWSLETTER. Another Father s Day Luncheon... another success. SEPT SPRING EDITION Volume 19, No.3. Pages 1 and 5. Page 3. Page 8.

72 THE MALTESE NEWSLETTER - LINKING THE MALTESE DIASPORA WEBSITE:

Khalifatul Masih II - Pearls of Wisdom

Khalifatul Masih II: Pearls of Wisdom

Khalifatul Masih II : Pearls of Wisdom

MALTESE E-NEWSLETTER 228 July 2018

Prophecy of the 'Promised Reformer'

Musleh Maud The Promised Son

PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No

Men of Excellence. July 27 th 2018

Men of Excellence. November 30 th 2018

Reference: Reference:

Love and Reverence for The Holy Quran

Sahibzada Mirza Ghulam Ahmad - True Servant of Allah

Men of Excellence. October 5th 2018

QATT KONT TAF.. Li l-festa tat-trasfigurazzjoni tal-mulej, jigifieri meta Kristu. Li l-kelma t Alla, il-bibbja qatt ma kienet

Hoisting of Liwa-e-Ahmadiyyat Friday Sermon and Prayer by Hadhrat Mirza Masroor Ahmad Khalifatul Masih V. ABA First

RESKEON NEWSLETTER. The Seniors enjoyed a Father s Day Luncheon at Firenze. SEPT SPRING EDITION Volume 18, No. 3. Pages 1 and 5. Page 3.

Trip to Ballarat RESKEON NEWSLETTER. JUNE 2012 WINTER EDITION Volume 16, No. 2. Page 2. Pages 3 and 4. Page 8. Pages 4 and 5.

Transcription:

Id-Dmirijiet ta Ċittadin Il-Perspettiva Iżlamika AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA

Id-Dmirijiet ta Ċittadin Il-Perspettiva Iżlamika Ħażrat Mirża Bashir-ud-Din Maħmood Aħmad ra It-Tieni Suċċessur tal-messija Mwiegħed as, u l-fundatur tal-komunità Aħmadija Musulmana

The Duties of a Citizen - Islamic Perspective Maltese Translation Id-Dmirijiet ta Ċittadin Il-Perspettiva Iżlamika Kitba ta Ħażrat Mirża Bashir-ud-Din Maħmood Aħmad (il-paċi tkun miegħu) Din is-silta hija meħuda mill-ktieb Ahmadiyyat Ya ni Haqiqi Islam ta Ħażrat Mirża Bashir-ud-Din Maħmood Aħmad ra, Kalifatul-Masiħ II. Islam International Publications Ltd. Tradott għall-malti u ppubblikat f Malta (2015) Pubblikazzjoni ta Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta Stampa: shutterstock.com Mob: +356-79320139 Tel: +356-27342401 Tel: +356-21322105 Fax: +356-27322105 Email: amjmalta@gmail.com www.ahmadija.org.mt www.ahmadiyyamalta.org 978-1-84880-676-4

Introduzzjoni Din is-silta hija meħuda mill-ktieb Ahmadiyyat Ya ni Haqiqi Islam ta Ħażrat Mirża Bashir-ud-Din Maħmood Aħmad ra, Kalifatul-Masiħ II. Ħażrat Mirża Bashir-ud-Din Maħmood Aħmad ra (1889-1965) ġie elett bħala Kalif u Kap tal-komunità Aħmadija Musulmana fletà bikrija ta 24 sena meta l-komunità kienet għadha fl-infanzja tagħha u għenha biex tissaħħaħ għal aktar minn 50 sena bittmexxija spiritwali tiegħu, bit-talb, bid-dmija, bid-dmugħ u bittbatija tiegħu. Bl-intelliġenza fina tiegħu, bl-intellett żviluppat tiegħu, bilkapaċità profonda u estensiva fl-istudji u, fuq kollox, bl-għerf tiegħu mogħti minn Alla, huwa rnexxielu joħloq ġabra enormi ta kitbiet, diskorsi, eċċ. Huwa kellu ħerqa kbira biex iwassal it-tagħlim u l-prinċipji ġenwini tal-iżlam fl-imħuħ u l-qlub tal-membri tal-komunità. Huwa xtaq li l-membri jsiru rappreżentanti denji tal-iżlam u jipprattikaw it-tagħlim tal-iżlam fil-ħajja ta kuljum tagħhom. Fissilta li ġejja huwa jenfasizza d-dmirijiet ta ċittadin Musulman. Traduzzjoni bil-malti: Qegħdin nippreżentaw it-traduzzjoni bil-malti ta dan il-ktieb għallqarrejja tagħna. Din hija l-ewwel edizzjoni ta dan il-ktieb bl-ilsien Malti, ippubblikata fl-2015.

L-IMĦABBA LEJN PAJJIŻEK HI PARTI MILL-FIDI. (Il-Qaddis Profeta Muħammad sa )

F Isem Alla, mimli bil-grazzja u l-ħanin Issa se nitħaddet dwar id-dmirijiet ta ċittadin hekk kif imfissra fl-iżlam. L-Iżlam jobbliga lil kull raġel biex jaqla ħobżu bix-xogħol, u mhux jgħix ħajja ta għażż. Il-Qaddis Profeta Muħammad sa qal, L-aqwa ikel huwa dak li persuna tikseb bil-ħidma ta jdejha stess, u għal darb oħra, Il-Profeta David as kien jaħdem biex jaqla l-għajxien tiegħu. Dmir ieħor ta ċittadin Musulman huwa dak li jevita li jittallab għall-karità. Il-Qaddis Profeta Muħammad sa saħaq ħafna fuq dan il-punt u dejjem għallem lin-nies biex jevitaw it-talb għallelemożina, għaliex din hija umiljazzjoni li kull Musulman għandu jiskansa. Huwa rrappurtat li qal, Għandu jkollhom permess biex jittallbu tliet persuni biss, l-ewwel, raġel li qed jipprova jevita li jittallab billi jfittex ix-xogħol iżda mhux qed jirnexxilu jew li mhux kapaċi jaħdem; it-tieni, xi ħadd li jkun qala xi piena li evidentement ma jkunx jista jlaħħaq magħha u li f dak ilkaż is-somma sottoskritta tista tinġabar għalih; u t-tielet, nies li tkun imposta fuqhom multa bħala klassi, eżempju, fejn raġel wieħed ikun ikkommetta reat u t-tribù tiegħu kollu jiġi kkastigat. 1

Dmir ieħor ta ċittadin Musulman huwa dak li għandu jsellem lil kulħadd bit-tislima, Il-paċi ta Alla tkun fuqek, biex b hekk iwaqqaf il-pedamenti għal ħbiberija sinċiera. Għandu wkoll jieħu b idejn il-ħbieb u l-kollegi li huwa jiltaqa magħhom. Ukoll, Musulman huwa obbligat li jżur lil dawk minn ħbiebu u l-ġirien li jinzertaw morda, biex ifarraġhom u jferraħhom. Qabel ma jidħol f dar, Musulman għandu jikseb il-permess tar-residenti, u għandu jsellmilhom bit-tislima tal-paċi. Jekk ma jkunx hemm tweġiba, jew dawk li jkun jixtieq jara ma jkunux disponibbli, għandu jwarrab ħalli ma jdejjaq lil ħadd. Jekk Musulman jinzerta jisma lil xi ħadd jitkellem b mod dispreġjattiv dwar xi ħaddieħor, m għandux imur jikxef dak li sema għaliex, bħalma qal il-qaddis Profeta Muħammad sa, Persuna li timmalafama lil xi ħaddieħor flassenza tiegħu tixbah lil persuna li tispara vleġġa lejn xi ħadd u ma tolqtux, u dik il-persuna li twassal il-malafama lil xi ħadd li jkunu tkellmu dwaru tixbah lil dik il-persuna li jirnexxilha tolqot bil-vleġġa l-mira tagħha. Ukoll, il-musulmani huma obbligati li jgħinu fir-riti ta funeral meta jmut Musulman fil-belt jew fir-raħal tagħhom. Għandhom jattendu għall-funeral u jgħinu fid-dfin, eċċ. Madanakollu, m hemmx għalfejn imur kulħadd. Iżda, jekk ħadd ma jattendi, kollha jkunu ħatja ta negliġenza. Il-Musulmani dejjem qiesu t-twettiq ta dan id-dmir bħala att speċjali ta ġenerożità, u l-kumpanni tal-qaddis Profeta sa kienu jattendu l-funerali anki ta dawk li ma kinux Musulmani. 2

Ukoll, il-musulmani għandhom jevitaw imġiba mhux xierqa l-għaliex din l-imġiba hemm ċans li toffendi u tirrita lil ħaddieħor. Il-Koran Imqaddes jgħid li l-musulmani għandhom jimxu fit-triqat u fis-swieq b mod dinjituż. Il-Qaddis Profeta sa darba lemaħ raġel miexi fit-triq b żarbuna waħda. Widdbu u qallu biex jew jilbes iż-żewġt iżraben jew inkella joqgħod kompletament ħafi. Il-Musulmani m għandhomx jitfgħu l-iskart fit-toroq jew f postijiet pubbliċi. Il-Qaddis Profeta sa qal li Alla ma jiħux pjaċir b xi ħadd li jarmi l-iskart fit-toroq jew f postijiet fejn ikun hemm ħafna nies. Min-naħa l-oħra, il-musulmani huma obbligati li jgħinu biex dawn il-postijiet jibqgħu ndaf u ħielsa mill-ingombru jew il-periklu. Il-Qaddis Profeta sa jgħid, Alla jkun sodisfatt meta xi ħadd ineħħi mit-triq dak kollu li jista joħloq fastidju jew ostaklu. Ukoll, il-musulmani ma jistgħux joqogħdu jitlewmu f postijiet pubbliċi, u b hekk jiddisturbaw il-paċi u s-serenità ta oħrajn. Huma wkoll imwissija biex ma jagħmlu xejn li jista jniġġes l-ilma użat mill-pubbliku. Ma jistgħux jużaw kliem inġurjuż, jew iwettqu atti li jistgħu joffendu jew idejqu l ħaddieħor, bħal joħorġu għarwenin jew affarijiet bħal dawn. Il-Musulmani ma jistgħux ibigħu oġġetti li jagħmlu ħsara lill-oħrajn pereżempju, ikel li mhux adattat għall-konsum tal-bniedem, jew li jista jwassal għall-mard jew xi tip ta kundizzjoni, jew affarijiet li jkunu skadew u ma jkunux għadhom tajbin għallgħan li jkunu nħolqu għalih. Musulman ma jistax jistkenn taħt il-prinċipju ta Caveat emptor iżda għandu jieħu ħsieb li ma jbigħx jew joffri għall-bejgħ kwalunkwe ħaġa li tista tkun ta dannu jew ħsara għal ħaddieħor. 3

Dmir ieħor ta Musulman huwa li jqarreb in-nies lejn ilvirtù u jwiddibhom kontra l-ħażen. Iżda dan għandu jwettqu b ġentilezza u affezzjoni ħalli n-nies ma jagħmlux il-kuntrarju u jitbiegħdu aktar minn dak li hu tajjeb. Għandu jgħallem lin-nies dak kollu li jaf u m għandux iżomm moħbi l-għerf u l-ħiliet tiegħu, iżda għandu jħalli lil kulħadd jibbenefika mittalenti tiegħu, il-għaliex il-qaddis Profeta sa qal li jekk xi ħadd iżomm bħala sigriet l-għarfien ta xi ħaġa partikolari u jirrifjuta li jikxifha meta mistoqsi dwarha, dan jisfa mliġġem bi lġiem tan-nar f Jum il-ġudizzju. Dan ma jfissirx li persuna m għandhiex tapprofitta millinvenzjonijiet tagħha jew li għandha tagħmilhom pubbliċi. L-għan huwa li x-xjenzi, l-arti u t-tagħlim m għandhomx jitħallew jisparixxu billi jibqgħu moħbija u miżmuma fl-imħuħ ta individwi partikolari. Madanakollu huwa permissibbli li wieħed juża l-intelliġenza u l-ħiliet tiegħu għall-profitt personali tiegħu u għall-benefiċċju tal-pubbliku, u s-sistema ta reġistrazzjoni u ittri patenti tassigura mhux biss il-gwadann tal-inventur iżda wkoll il-preservazzjoni permanenti talinvenzjoni. Musulman għandu jkun qalbieni iżda mhux tiranniku. M għandux jgħakkes id-dgħajfa, il-foqra, in-nisa jew it-tfal, jew saħansitra l-annimali. Jingħad li Abdullah, iben Umar ra, it-tieni Kalif, lemaħ xi subien jaħqru annimal ħaj. Meta raw lil Abdullah, dawn ħarbu, u Abdullah stqarr, Alla mhux kuntent b dawk li wettqu dan, għaliex jien smajt lill-profeta sa jgħid, Alla ma jiħux gost b min jagħmel annimal ħaj il-mira tiegħu għall-pjaċir, u kien qed jirreferi għal dawk li jorbtu annimal bl-intenzjoni li jisparaw fuqu. Madanakollu l-iżlam jippermetti l-kaċċa u l-isparar. Din l-ordni fl-iżlam, li twaqqfet 4

aktar minn tlettax-il seklu ilu, kienet aktar avvanzata millideat ta xi pajjiżi hekk imsejħa ċivilizzati tas-seklu għoxrin. Kien biss riċenti li d-delizzju tal-isparar ta ħamiem mans, li kien aċċettat f xi pajjiżi tal-punent, kellu jitwaqqaf permezz ta liġijiet. Bl-istess mod jingħad li l-qaddis Profeta sa darba ra ħmar jiġi mmarkat b ħadida tikwi fuq rasu. Kien iddispjaċut ħafna u impedixxa l-immarkar ta annimali fuq ir-ras, il-għaliex dan iġib uġigħ tremend, u għaldaqstant fil-futur l-annimali kellhom jiġu mmarkati fuq saqajhom. F okkażjoni oħra huwa ra lil xi ħadd li kien qabad il-frieħ ta ħamiema. Qalilhom biex jeħilsuhom u ma jaħqrux lill-omm. Darba oħra qal, Alla juri ħniena ma dak li jħenn għallannimali u jagħtihom x jieklu u x jixorbu. Dmir ieħor ta Musulman huwa dak li ma jqigħedx il-ħajja u s-sigurtà tal-oħrajn fil-periklu. Pereżempju, il-qaddis Profeta sa ma kienx jippermetti li nies minn żona infettata joħorġu minn dawk l-akkwati, u lanqas nies minn żoni oħra li jidħlu f post maħkum mill-mard. Din l-ordni antiċipat b numru ta sekli r-regolazzjonijiet tal-kwarantina u miżuri simili oħra, li suppost huma r-riżultat tal-għarfien miksub mix-xjenza moderna u r-riċerka. Dmir ieħor ta Musulman huwa dak li jgħin lil ħbiebu u lillġirien tiegħu, li jkunu fil-bżonn, b self ta flus, eċċ., imma mbagħad f dan il-każ m għandux iqiegħed bħala kundizzjoni ta ftehim ir-ritorn ta dawk il-flus li jkun sellef. Musulman għandu jkollu simpatiji kbar u natural ġeneruż, u għandu jqis bħala dmir tiegħu li joffri l-għajnuna lil dawk minn ħutu li jkunu anqas ixxurtjati minnu. Għandu jaqla l-għajxien tiegħu bix- 5

xogħol u l-ħidma, u m għandux ifittex li jagħmel il-flus minn fuq l-isfortuna ta ħaddieħor jew billi jħeġġiġhom biex ikunu stravaganti jew ħalja. Għaldaqstant mhuwiex permissibbli li jsellef il-flus bl-interessi. Musulman għandu dejjem ikun lest biex jagħmel is-sagrifiċċji għall-kawżi nazzjonali u patrijottiċi, u għandu jkun attiv filqadi tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet ċiviċi tiegħu. Il- Qaddis Profeta sa qal, Persuna li tinqatel fid-difiża tal-proprjetà tagħha tkun aċċettata minn Alla. Il-Koran Imqaddes jgħid, Għalfejn qed taħsbuha biex tiġġieldu, meta ħutkom irġiel u nisa qed jiġu maħqura mit-tiranni? Dmir ieħor ta Musulman huwa dak li jsalva l-ħajja ta persuna li tkun fil-periklu; u jekk jonqos milli jagħti l-għajnuna f każijiet bħal dawn, huwa jitfa fuqu nnifsu l-għadab ta Alla. Il-Qaddis Profeta sa qal, Persuna li tara lil xi ħadd jinqatel u ma tintervjenix jew lanqas tagħmel sforz biex issalvah, titfa fuqha s-saħta ta Alla. Għaldaqstant huwa d-dmir ta Musulman li jsalva lil dawk li jkunu se jegħrqu, li jgħin biex jitfi n-nirien, u li jagħti l-għajnuna tiegħu fi żminijiet ta traġedji bħal terremoti, diżastri fil-minjieri, ħbit ta ferroviji, żbroffi vulkaniċi, tempesti, eċċ. Fil-qosor, kull meta u kull fejn hemm il-periklu għall-ħajja u s-sigurtà, Musulman għandu joffri kull għajnuna possibbli filħidma ta salvataġġ; jekk jonqos minn dan id-dmir, għandu jwieġeb lil Alla għal dan in-nuqqas u ma jkunx ħaqqu l-grazzja u l-ħniena ta Alla. 6 Għal darba oħra, Musulman huwa pprojbit li jipponta arma lejn xi ħadd, lanqas biċ-ċajt. Minħabba dan in-nuqqas ta attenzjoni jintilfu għexieren ta ħajjiet kull sena.

Imbagħad Musulman m għandu qatt jaqta qalbu jew jiddispra. Huwa għandu dejjem iżomm sod qisu blata quddiem l-inkwiet u l-problemi. L-irjieħ tad-diżgrazzji m għandhomx iċaqalquh u l-imwieġ tad-diżastri jistgħu jħabbtu miegħu għalxejn. Għandu jissielet mal-fallimenti u mad-disfatti sakemm jasal għas-suċċess jew inkella jmut fil-proċess. L-Iżlam jagħmel raġel qalbieni, u Musulman qatt m għandu jfittex li jaħrab, jew jiskansa, mir-responsabbiltajiet tiegħu permezz ta metodi kodardi bħas-suwiċidju jew xi tip ta ħsara lilu nnifsu. Hekk hu Musulman! Iżda b Musulman ma nifhimx l-hekk imsejjaħ Musulman tal-lum li abbanduna għalkollox l-iżlam u jħares lejn il-punent għas-sostenn morali u spiritwali ta kull tip. B Musulman nifhem il-musulman ta tlettax-il mitt sena ilu li t-tip tiegħu reġa feġġ fil-ħajja tal-lum permezz tal-messija Mwiegħed as. [1] ***************** 7

Nota tal-pubblikatur IŻLAM: Il-kelma Iżlam (Islam fid-dizzjunarju ta Aquilina, 1987 [l-1 volum], paġna 592 mibdula għal Iżlam fit-tagħrif tal-2008) hija derivata mill-kelma sliem. KORAN: Il-kelma Koran (Quran / Qoran / Koran fid-dizzjunarju ta Aquilina, 1990 [it-2 volum], paġna 1158 mibdula għal Koran fit-tagħrif tal-2008) hija derivata mill-kelma qari. Dawn l-abbrevjazzjonijiet ġew użati. Il-qarrejja huma mħeġġa li jlissnu t-tislimiet sħaħ meta jaqraw il-ktieb: sa sallallahu alaihi wa sallam, li tfisser Jalla s-sliem u l-barkiet ta Alla jkunu fuqu, tinkiteb wara l-isem tal-qaddis Profeta Muħammad sa. as alaihis-salam, li tfisser Jalla l-paċi tkun fuqu, hija miktuba wara l-isem tal- Profeti barra dak tal-qaddis Profeta Muħammad sa. ra radiyallahu anhu/ anha/ anhum, li tfisser Jalla Alla jkun kuntent bih/biha/ bihom, tinkiteb wara l-ismijiet tad-dixxipli tal-qaddis Profeta Muħammad sa jew tal-messija Mwiegħed as. aba ayyadahullahu ta ala binasrihil- aziz, li tfisser Jalla Alla l-omnipotenti jagħtih l-għajnuna sħiħa tiegħu, tinkiteb wara l-isem tal-mexxej attwali tal-komunità Musulmana Aħmadija, Ħażrat Mirża Masroor Aħmad, Kalifatul-Masiħ V aba. 1. Ahmadiyyat Ya ni Haqiqi Islam, Anwarul-Uloom, vol. 8, p. 280-285, ġie ppubblikat min Nażarat Nashro-Ishaat, Qadian, fl-2008; Ahmadiyyat or the True Islam, p. 250-256

Musulman għandu dejjem ikun lest biex jagħmel is-sagrifiċċji għall-kawżi nazzjonali u patrijottiċi, u għandu jkun attiv fil-qadi tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet ċiviċi tiegħu. Dmir ieħor ta ċittadin Musulman huwa dak li għandu jsellem lil kulħadd bit-tislima, Il-paċi ta Alla tkun fuqek, biex b hekk iwaqqaf il-pedamenti għal ħbiberija sinċiera. Imħabba għal Kulħadd - Mibegħda għal Ħadd This is the Maltese translation of the writing taken from the book Ahmadiyyat Ya ni Haqiqi Islam by Hazrat Mirza Bashir-ud-Din Mahmood Ahmad ra, Khalifatul-Masih II. AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA www.ahmadija.org.mt