ID-DAWL. Il-Ħniena Tiegħi tħaddan kollox FRAR 2018 NUMRU 2. Il-Patrijottiżmu Sinċier. Il-Kastig tal-blasfemija. L-Għan tal-ħolqien

Similar documents
L-IŻLAM. Ħażrat Mirża Masroor Aħmad aba. Il-Ħames Suċċessur tal-messija Mwiegħed as, Il-Mexxej tal-komunità Aħmadija Musulmana

ID-DAWL. Qimu l Alla u kunu ġenerużi... Marzu 2018 NUMRU 3. Relazzjonijiet mal-ġirien. Is-Servizz għall-umanità. L-Imġiba Tajba

Imħabba Vera Għall-Qaddis PROFETA MUĦAMMAD sa

Id-Dmirijiet ta Ċittadin

IL-MOSKEA RASHID AHMAD CHEEDOO AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA

Riformatur għall-musulmani biss?

IL-KUR~IFISS BIL-JEANS

Mgħallem tajjeb, x għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta dejjem? (Mk 10,17)

APOCRYPHA TOBIT TAL-KING JAMES BIBBJA Tobit

Contents. EasterSprit Videos - English and Maltese

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU 2018

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi NOVEMBRU 2017 CHRIST THE KING

AWWISSU Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

January 2015 vol 2 -Issue 5

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi LULJU 2016

F Isem Alla, Mimli Grazzji, Dejjem Ħanin

(W) Surrender! / (W) Inċedi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi MARZU 2018

Signum Fidei }ajja ta Xhieda u ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi NOVEMBRU 2015

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi JANNAR 2018

AWWISSU 2014 IL-MARTIRJU TA SAN LAWRENZ

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi DIĊEMBRU 2018

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU Is-Samaritan it-tajjeb: pittura ta Loth Johann Karl

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU 2017

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi FRAR Bartolomé Esteban Murillo, Return of the Prodigal Son , courtesy National Gallery of Art, Washington

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi OTTUBRU The Ecstasy of St. Teresa of Avila, Marble sculpture By Gianlorenzo Bernini

Konferenza tal-lingwa NgliŜa fil-litwanja

L-Għid tal-qawmien tal-mulej mill-imwiet

Il-Ġimgħa L-Kbira F'Malta L-Arti, it-tradizzjonijiet u l-fidi fil-festi tal-ġimgħa Imqaddsa

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Lourdes. Britannia Tours. Vjaææi gœal BSL. 4 ijiem sœaœ. 5 ijiem sœaœ. minn 4 IJIEM SŒAŒ. minn 5 IJIEM SŒAŒ ta Awwissu

The artwork used in the cover of the dust jacket is by kind permission of Ms. ELKE REHDER:

MALTESE E-NEWSLETTER CHRISTMAS EDITION - December 2017

id-drammi ta ORESTE CALLEJA JUM FOST L-OĦRAJN PUBBLIKAZZJONI

In spite of your weaknesses, in spite of your past mistakes or struggles, you can be an effective and successful witness for the Lord Jesus Christ.

Association of the Members of theu3e

Talb għall-paċi u għal Ħutna Nsara Ippersegwitati. Pjazza tas-santwarju tal-madonna tal-mellieħa

MALTESE HISTORY. D. The Roman Inquisition in Malta. Form 3


Il-preżenza tagħna f Malta

Qribek. Mill-Pinna... Fr Silvio. Dear students and parents,

MARZU - APRIL 2015 il-239 Óar a

Ftu] uffi``jali tat-800 sena mit-twaqqif tal-ordni tal-klarissi 16 t April

100 sena mill-ftuħ tal-knisja ta Sant Antnin, Għawdex

Hajja Salesjana. il-233 Óar a. Maltin u Dun Bosco Big Stories from Little Hearts Il-Madonna ta Kibeho The Sparrow at Starbucks

Benedittu XVI. PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No KAPITLU PROVINĊJALI

JANNAR - FRAR 2015 il-238 Óar a

ajja NOVEMBRU DIÇEMBRU 2009 il-211 Óar a Salesjana Jiena nista ng ix fil-qawwa ta l-ispirtu s-santu The Packing Mistake Vendetta ta Ìurdien

L-isbaħ xewqat ta Milied hieni u qaddis, u s- sena 2007 tkun ta paċi u ġid! - L-Editur

Hajja Salesjana. MARZU-APRIL il-219 Óar a. Signs of Sorrow and Love The Pastor and the Son Is-Salesjani fõ tas-sliema

(21.) 1. Religione e società - Europa I. Carvalho, Joaquim. CIP a cura del Sistema bibliotecario dell Università di Pisa

Żjara tal-ministru Ġeneral P. Michael A. Perry O.F.M. fi gżiritna fit-23 u l-24 t April 2014

Hajja Salesjana. MARZU-APRIL il-214 Óar a. Haiti - The Salesians Hit by the Earthquake A Saintly Salesian Brother G aqda mar-rieda ta Alla

ajja SETTEMBRU-OTTUBRU 2009 il-210 Óar a Salesjana Pilgrimage to Turin The Folded Napkin Marija u r-ruωarju

FATHER S DAY LUNCHEON Story and more pictures on Pages 3, 4 and 5

ORDNI FRANĠISKANA PAWL NRU ATRIJIET MINURI PROVINĊJA INURI - M A L T A AWL APPOSTLU

IL-PM I}UR L-ISQFIJIET FIL-LIBYA

Hajja Salesjana. il-218 Óar a. Mons. Nikol Cauchi Praying from the Heart Ìest sabi favur l-annimali abbandunati

Hajja Salesjana. MEJJU-ÌUNJU il-220 Óar a. You Reap what you sow Feast of Don Bosco in Tornoto The final salute to Fr Marek Rybinski

Hajja Salesjana. il-232 Óar a. Maltin u Dun Bosco From St. Nicholas to Sta. Claus Il-Madonna tal-g oqod Meta l-orgni Ma Daqqx

Australian Prime Minister Malcolm Turnbull meets the Queen for the first time in Malta

Hajja Salesjana. NOVEMBRU-DIÇEMBRU il-222 Óar a. A Baby s Hug Tradizzjoni g aωiωa tal-avvent Il-Premju Nobel lil Isqof Salesjan

PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No BI TĦEJJIJA GĦAT-VIII ĊENTINARJU TAR-REGOLA

72 THE MALTESE NEWSLETTER - LINKING THE MALTESE DIASPORA WEBSITE:

Maria Adeodata Pisani and the extraordinary healing of Henry Casolani

MALTESE E-NEWSLETTER 249 January/Jannar 2019

MCCV newsletter. Bishop Joe Grech

Żjara tal-papa Benedittu XVI f Assisi 17 ta Ġunju Jingħata l-midalja għall-qadi tar-repubblika. Kapitlu tal-ħsajjar. 7-9 ta Jannar 2007

prospectus Prospectus ta Korsijiet Course Prospectus

MALTESE E-NEWSLETTER 228 July 2018

L-A}BAR. PROVIN~JA FRAN{ISKANA S. PAWL APPOSTLU - MALTA Nru. 152 JANNAR

RESKEON NEWSLETTER AUTUMN

PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No

ta S. Marija ta {esu, ir-rabat. }adimha l-palermitan Antonello Gagini ( ) u [iet ikommissjonatha mill-patrijiet tag]na fit-23 ta Frar 1504.

Il-Milied it-tajjeb! L-A{BAR DIĊEMBRU

MALTESE E-NEWSLETTER 195 November 2017

Translation Strategies and Annotation Policies in two Maltese: Translations of Romans 3:1 8

RESKEON NEWSLETTER SUMMER

IŜŜurna mill-ādid oħtna l-mewt

QATT KONT TAF.. Li l-festa tat-trasfigurazzjoni tal-mulej, jigifieri meta Kristu. Li l-kelma t Alla, il-bibbja qatt ma kienet

MALTESE NEWSLETTER 67 - Jan 2015

CURRICULUM VITAE. Full name Joseph Ellul, O.P. Place and date of birth PIETÀ (Malta), 24 July 1960

RESKEON NEWSLETTER. Another Father s Day Luncheon... another success. SEPT SPRING EDITION Volume 19, No.3. Pages 1 and 5. Page 3. Page 8.

RESKEON NEWSLETTER. The Seniors enjoyed a Father s Day Luncheon at Firenze. SEPT SPRING EDITION Volume 18, No. 3. Pages 1 and 5. Page 3.

Forgiveness and Reconciliation

Khalifatul Masih II -- A leader to emulate

PRESS RELEASE MUSLIM LEADER CALLS FOR JIHAD AGAINST EXTREMISM AND OPPRESSION

The Prophecy of Musleh Ma'ood

The Importance of Practicing Good Morals in Islam

Reference: Reference:

ĠUSTIZZJA U PAĊI KUMMISSJONI DJOĊESANA. E-Newsletter tal-kummissjoni Ġustizzja u Paċi. From "Rerum Novarum" to "Mater et Magistra"

Essence of Istighfar and Sattari

Baitul Atta Mosque inaugurated by Hadhrat Mirza Masroor Ahmad

Men of Excellence. November 30 th 2018

Transcription:

ID-DAWL FRAR 2018 NUMRU 2 Il-Ħniena Tiegħi tħaddan kollox L-Għan tal-ħolqien Il-Kastig tal-blasfemija Il-Patrijottiżmu Sinċier Id-Dnubiet u l-maħfra

F Isem Alla, Mimli Grazzji, Dejjem Ħanin Editorjal IS-SID TAL-UNIVERS Il-kobor, it-tjubija u s-sbuħija ta Alla huma bla paraguni. Waħda mill-attributi l-iktar importanti u fundamentali ta Alla hi dik li hu s-sid tal-univers kollu. Dan ifisser li hu Alla li jgħajjex u jsostni lill-popli kollha. Hu jissodisfa dak kollu li hu neċessarju u jipprovdi dak kollu meħtieġ biex il-popli kollha, mingħajr ebda distinzjoni, ikunu jistgħu jgħixu. Alla, skont l-iżlam, hu Alla għad-dinja kollha. Hu Alla tal-musulmani, u għalhekk jipprovdilhom il-proviżjonijiet u n-nutrimenti kollha meħtieġa. Hu wkoll Alla tal-insara u tal-lhud u għalhekk jipprovdilhom dak kollu li hu meħtieġ f din id-dinja. Hu wkoll Alla tal-ħindu, is-sikhs u l-popli ta kull fidi u reliġjon u għalhekk tahom ilkoll ir-riżorsi tal-ħajja u s-sostinenza. Fil-fatt, Alla jipprovdi wkoll lil dawk li ma jemmnux fih u jaħsbu li dak kollu li għandhom hu jew riżultat talisforzi tagħhom inkella riżultat tal-progress xjentifiku. 1 Għalhekk, huwa importanti ħafna li wieħed għandu jiżviluppa rabta b saħħitha ma Alla. 1 : L-Erba Attributi Fundamentali ta Alla, p.7 ID-DAWL Frar 2018 Numru 2 Pubblikazzjoni ta AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA Tel: 27 342 401 Mob: 79 320 139 Email: amjmalta@gmail.com www.ahmadiyya.mt Jekk tridu tirċievu kopja elettronika fil-futur ta ID-DAWL, iktbulna: amjmalta@gmail.com Jew aqraw ID-DAWL onlajn fuq: www.ahmadiyya.mt/id-dawl Il-Qoxra: TrifonenkoIvan shutterstock Stampa p.6: Reephotoeasy shutterstock Stampa p.7: Alexkich shutterstock 2 Id-Dawl Frar 2018

L-GĦAN TAL-ĦOLQIEN Għalkemm nies differenti, minħabba n-nuqqas ta viżjoni tagħhom jew minħabba n-nuqqas ta kuraġġ, joħolqu għanijiet diversi f ħajjithom u jaslu biss sa skopijiet u xewqat tad-dinja, madanakollu l-għan li Alla l-omnipotenti speċifika fil-kelma Qaddisa Tiegħu huwa dan: Jiena ħloqt il-ġinni u l-bnedmin ħalli dawn jagħrfuni u jagħtuni qima. [Il-Koran Imqaddes, 51:57] Skont dan il-vers l-għan ewlieni tal-ħajja tal-bniedem huwa l-qima u l-għarfien ta Alla l-omnipotenti u l-imħabba lejh. Il-Ħallieq biss jista jamar l-għan tal-ħajja Huwa evidenti li mhux f idejn il-bniedem li għandu jiddeċiedi dwar l-għanijiet ta ħajtu bis-setgħa tiegħu stess daqskemm il-bniedem ma jasalx f din id-dinja bir-rieda tiegħu, u ma jitlaqx minnha meta jixtieq hu. Huwa esseri maħluq u Dak li ħolqu u għanieh b fakultajiet aħjar u ogħla minn dawk ta kreaturi oħra ordna għan għal ħajtu. Jekk wieħed jifhimx dak l-għan jew le, bla dubju ta xejn l-għan tal-ħolqien tal-bniedem huwa l-adorazzjoni u l-għarfien ta Alla l-omnipotenti u li wieħed iħalli lilu nnifsu f idejh. (Ħażrat Mirża Ghulam Aħmad, il-messija Mwiegħed as, Ruħani Kħażain, vol. 10, p. 414) KLIEM L-GĦERF o Intom li temmnu! Ibżgħu minn Alla, fittxu t-triq li twassalkom għal Għandu u ħabirku bil-modi Tiegħu ħalli tkunu tistgħu tistagħnew. (Il-Koran Imqaddes, 5:36) o L-għemejjel huma ġġudikati skont l-għanijiet u l-intenzjonijiet li jkun hemm warajhom. o Persuna li verament tindem minn dnubietha ssir bħal wieħed li qatt ma dineb. o Ħallsu l-pagi tal-ħaddiem qabel ma jinxef l-għaraq tiegħu. o Li taqla l-għajxien b mod ġust ukoll huwa Ġiħad. (Il-Qaddis Profeta Muħammad sa ) Frar 2018 Id-Dawl 3

IL-BLASFEMIJA MISTOQSIJA: X inhu l-kastig tal-blasfemija fl-iżlam? Bid-dagħa jew blasfemija nifhmu mġiba jew lingwaġġ li juru nuqqas ta rispett lejn il-profeti jew ir-reliġjonijiet. Id-dagħa mhux biss iweġġa s-sentimenti reliġjużi tal-individwi, iżda jħarbat il-paċi u l-armonija ta kull soċjetà u joħloq ukoll problemi fil-ħarsien tal-liġijiet u l-ordni pubblika. Bla dubju ta xejn il-libertà tal-espressjoni hija meħtieġa għall-progress u l-iżvilupp ta soċjetà. Iżda din il-libertà ma tistax tintuża biex wieħed jinsolenta r-reliġjonijiet. Għalhekk l-iżlam jipprojbixxi d-dagħa iżda ma jitkellem imkien dwar kastigi ta din id-dinja indirizzati lejn il-blasfemija. L-ebda mewt jew kastig ieħor. Il-Koran Imqaddes jiskoraġġixxi bil-qawwa kollha l-imġiba u d-diskors indeċenti, jew it-tkażbir tas-sentimenti tal-oħrajn, sal-punt li l-musulmani huma pprojbiti b mod sever li jinsolentaw l-idoli u l-allat foloz tal-infidili. Il- Koran Imqaddes jiddikjara: La tgħajrux lil dawk (l-allat) li jqimu minflok lil Alla, biex ma jgħajrux lil Alla, b inġustizzja u bla ma jafu. (6:109) Madanakollu, m hemm l-ebda kastig fiżiku mill-bniedem imniżżel għallblasfemija fl-iżlam minkejja kollox. Il-mistoqsija tqum allura, kif għandhom jirreaġixxu l-musulmani meta jsibu ruħhom quddiem din is-sitwazzjoni? Alla jiddirieġi lill-musulmani fil-koran Imqaddes u jgħid: Meta tisimgħu li l-versi ta Alla jiġu miċħuda u mkażbra, toqogħdux ħdejhom (dawk in-nies) sakemm ibiddlu d-diskors. Jekk tibqgħu magħhom, mela tkunu bħalhom. (4:141) Dan il-vers jgħid ħafna fuq dan is-suġġett. Meta ssibu ruħkom f qagħda bħal din, warrbu, għall-inqas sakemm jibqgħu jitħaddtu b dan il-mod moqżież. 4 Id-Dawl Frar 2018

Il-Qaddis Profeta Muħammad sa sofra kull sura ta abbuż kemm verbali kif ukoll fiżiku tul ħajtu kollha. Waħda mara kienet titfagħlu ż-żibel kuljum; fuq l-art tal-battalja f Uhud il-profeta safa midrub serjament. Meta żar il-belt ta Taif, safa mweġġa sewwa. Zijuh inqatel f battalja. Bintu Zainab waqgħet minn fuq ġemel u tilfet it-tarbija, u dan wassal għall-mewt tagħha stess, biex insemmu ftit eżempji. Madanakollu, qatt ma kkastiga lil ħadd. Meta daħal Mekka rebbieħ u kellu s-setgħa kollha biex ipattiha lill-għedewwa għatxana għad-demm, huwa ddikjara maħfra assoluta lil kulħadd u qal: Tassew, intom ma jkollkom l-ebda kastig illum u l-ebda diżapprovazzjoni. IL-MUSULMANI JEMMNU FIL-PROFETI KOLLHA Aħna [il-musulmani], ma nużaw qatt lingwaġġ offensiv fir-rigward ta Profeti ta popli oħra. Fil-fatt, nemmnu li għall-profeti kollha li ġew għall-popli differenti tad-dinja u kienu aċċettati minn miljuni ta persuni madwar id-dinja, u l-imħabba għalihom u n-nobbiltà tagħhom hija stabbilita b mod sod fi kwalunkwe parti tad-dinja, u iktar minn hekk li dan l-istat ta devozzjoni u mħabba għalihom għadda mill-prova taż-żmien, din hi evidenza biżżejjed tal-awtentiċità u l-verità tagħhom. Li kieku ma kinux mibgħuta minn Alla ma kinux jiġu aċċettati fuq skala daqshekk kbira minn miljuni fuq miljuni ta qlub. Alla ma jippermettix unur bħal dan fuq dawk li mhumiex fil-grazzja tiegħu. Jekk xi impostur jipprova jokkupa l-pożizzjoni tagħhom, malajr jinġieb f postu. (Ħażrat Mirża Ghulam Aħmad, il-messija Mwiegħed as, Ruħani Kħażain, vol. 23, p.452-453) Frar 2018 Id-Dawl 5

ID-DNUBIET KOLLHA SE JIĠU KKASTIGATI? Fid-dinja tal-lum teżisti l-impressjoni li Alla kif ippreżentat mill-iżlam hu Alla estremament kattiv u dominanti. Ħafna jaħsbu li Hu jamar bil-forza u x-xogħol waħdieni tiegħu hu li jamministra l-kastigi u jibgħat in-nies l-infern. Tabilħaqq, ta spiss wieħed jaħseb li Alla tal-iżlam jikkastiga bla ħniena kull żball jew dnub, kemm jekk kbir kif ukoll insinifikanti. Fil-verità dan ittwemmin hu kompletament żbaljat u inġust. Alla li naduraw u li nemmnu li hu omnipotenti hu kompletament sovran u għalhekk għandu l-qawwa li jagħmel kollox u kulma jrid. Fl-istess ħin, hu dejjem ħanin. Għalhekk, Alla s-setgħani, fil-koran ta lin-nies l-aħbar tajba li l-ħniena u l-kompassjoni Tiegħu qegħdin hemm għal kulħadd. Dan wieħed isibu f Kapitlu 7, Vers 157. F vers ieħor tal-koran, Alla jgħid li dawk in-nies li wettqu l-ħażen kontra ruħhom m għandhomx jiddispraw u jitilfu l-fiduċja. Il-vers jispjega kif Alla jista jaħfer id-dnubiet kollha, għax Hu l-iktar li Jaħfer u l-iktar Ħanin. (Kapitlu 39, Vers 54) [Għid: Ja qaddejja tiegħi li wettaqtu għemil oġġezzjonabbli kontra ruħkom stess, taqtgħux qalbkom mill-ħniena ta Alla. Alla tabilħaqq jaħfer iddnubiet kollha. Huwa tassew Kollu Maħfra, Ħanin. ] Band oħra, Alla jgħid illi li ma kienx għall-grazzja u l-ħniena Tiegħu, kien jaqa kastig kbir fuq in-nies taddinja minħabba l-għemejjel ħżiena u l-kalunja tagħhom. (Kapitlu 24, Vers 15) Eżempju ieħor tal-imħabba infinita ta Alla huwa meta qal li l-premju għallazzjonijiet tajba jkun għaxar darbiet ikbar mill-valur tal-att, iżda l-kastig għall-ħażin li wieħed jagħmel ma jkun qatt ikbar mill-att żbaljat innifsu. 6 Id-Dawl Frar 2018

Dawn il-ftit eżempji juru n-natura vera ta Alla tal-iżlam. Nistaqsi, dawn l-eżempji jagħtu dehra ta Alla kattiv u tiranniku, jew inkella, jippontaw lejn Alla benevolenti, mimli mħabba u kompassjoni? Fis-sewwa, wieħed jista jsib diversi versi fil-koran Imqaddes fejn nitgħallmu dwar il-ħniena, ilkompassjoni u l-benevolenza ta Alla. (Ħażrat Mirża Masroor Aħmad aba, L-Erba Attributi Fundamentali ta Alla, p.3-4) IL-MARA Il-kritiċi jallegaw li skont il-koran, in-nisa huma biss mezz ta sodisfazzjon sesswali u jitqiesu bħal għelieqi li jridu jinħartu. Il-Koran Imqaddes jgħid: In-nisa tagħkom huma r-raba tagħkom bl-għan tat-tnissil, għaldaqstant ersqu lejn ir-raba tagħkom kif tridu, iżda żommu f moħħkom il-kundizzjonijiet meħtieġa tar-raba, jiġifieri, araw li jkollkom l-unjoni b mod li ma toħonqux it-twelid tat-trabi... [2:224] Naturalment jekk il-mara hija marida jew hemm ċertezza li t-tqala se tqiegħed lil ħajjitha fil-periklu, jew ikun hemm xi raġuni valida oħra, dawn jgħoddu bħala eċċezzjonijiet. Altrimenti huwa assolutament ipprojbit fix- Xarija li jkun hemm it-tixkil tat-twelid tat-tfal. Kull persuna sensibbli tista tapprezza li qegħdin niddeskrivu lill-mara bħala raba minħabba l-fatt li hija twelled it-tfal. Wieħed mill-għanijiet taż-żwieġ huwa li qaddejja devoti ta Alla jitwieldu ħalli jagħtu qima Lilu. Għan ieħor Divin huwa li r-raġel u l-mara jkunu jistgħu jipproteġu lilhom infushom minn ħars u mġiba illeċiti. Hemm it-tielet għan, li huwa dak li minħabba r-rabta konjugali tagħhom, huma jiffrankaw l-uġigħ tas-solitudni. (Ħażrat Mirża Ghulam Aħmad, il-messija Mwiegħed as, Ruħani Kħażain, vol. 23, p. 292-293) Frar 2018 Id-Dawl 7

Awguri Valletta Li sirt il-kapitali Ewropea tal-kultura 2018 Mill-Komunità Ahmadiyya Musulmana Malta IL-PATRIJOTTIŻMU SINĊIER Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, għallem li l-imħabba lejn pajjiżek hi parti mill-fidi. Għalhekk, fl-iżlam il-patrijottiżmu sinċier hu meqjus bħala xi ħaġa neċessarja. Biex verament iħobb lil Alla u lill-iżlam l-individwu jrid iħobb ukoll lin-nazzjon tiegħu. Għalhekk, huwa ċar biżżejjed, li ma jistax ikun hemm kunflitt ta interess bejn l-imħabba li persuna jkollha lejn Alla, u l-imħabba tagħha lejn il-pajjiż. Billi l-imħabba lejn il-pajjiż hi parti mill-iżlam, huwa ċar biżżejjed li l-musulman irid jistinka biex jilħaq l-ogħla livelli ta lealtà lejn pajjiżu, għaliex dan huwa mezz ta kif jista jilħaq lil Alla u jkun qribu. Għaldaqstant, huwa impossibbli li l-imħabba vera li l-musulman iħaddan lejn Alla tista qatt isservi bħala impediment għalih biex juri mħabba u lealtà vera lejn pajjiżu. (Ħażrat Mirża Masroor Aħmad, il-mexxej tal-komunità Ahmadiyya Musulmana) L-IMĦABBA LEJN PAJJIŻEK HI PARTI MILL-FIDI. (Il-Qaddis Profeta Muħammad sa ) ID-DAWL (The Light) is a Maltese magazine published by the Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta. amjmalta@gmail.com www.ahmadiyya.mt