L-IŻLAM. Ħażrat Mirża Masroor Aħmad aba. Il-Ħames Suċċessur tal-messija Mwiegħed as, Il-Mexxej tal-komunità Aħmadija Musulmana

Similar documents
ID-DAWL. Il-Ħniena Tiegħi tħaddan kollox FRAR 2018 NUMRU 2. Il-Patrijottiżmu Sinċier. Il-Kastig tal-blasfemija. L-Għan tal-ħolqien

IL-MOSKEA RASHID AHMAD CHEEDOO AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA

Riformatur għall-musulmani biss?

Id-Dmirijiet ta Ċittadin

Imħabba Vera Għall-Qaddis PROFETA MUĦAMMAD sa

ID-DAWL. Qimu l Alla u kunu ġenerużi... Marzu 2018 NUMRU 3. Relazzjonijiet mal-ġirien. Is-Servizz għall-umanità. L-Imġiba Tajba

IL-KUR~IFISS BIL-JEANS

F Isem Alla, Mimli Grazzji, Dejjem Ħanin

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU 2018

(W) Surrender! / (W) Inċedi

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Mgħallem tajjeb, x għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta dejjem? (Mk 10,17)

APOCRYPHA TOBIT TAL-KING JAMES BIBBJA Tobit

Contents. EasterSprit Videos - English and Maltese

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU Is-Samaritan it-tajjeb: pittura ta Loth Johann Karl

January 2015 vol 2 -Issue 5

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU 2017

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi MARZU 2018

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi DIĊEMBRU 2018

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi JANNAR 2018

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi LULJU 2016

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi NOVEMBRU 2015

Konferenza tal-lingwa NgliŜa fil-litwanja

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi NOVEMBRU 2017 CHRIST THE KING

Talb għall-paċi u għal Ħutna Nsara Ippersegwitati. Pjazza tas-santwarju tal-madonna tal-mellieħa

Signum Fidei }ajja ta Xhieda u ta Fidi

In spite of your weaknesses, in spite of your past mistakes or struggles, you can be an effective and successful witness for the Lord Jesus Christ.

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi OTTUBRU The Ecstasy of St. Teresa of Avila, Marble sculpture By Gianlorenzo Bernini

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi FRAR Bartolomé Esteban Murillo, Return of the Prodigal Son , courtesy National Gallery of Art, Washington

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI

AWWISSU Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Il-Ġimgħa L-Kbira F'Malta L-Arti, it-tradizzjonijiet u l-fidi fil-festi tal-ġimgħa Imqaddsa

The artwork used in the cover of the dust jacket is by kind permission of Ms. ELKE REHDER:

MALTESE E-NEWSLETTER CHRISTMAS EDITION - December 2017

L-Għid tal-qawmien tal-mulej mill-imwiet

Qribek. Mill-Pinna... Fr Silvio. Dear students and parents,


AWWISSU 2014 IL-MARTIRJU TA SAN LAWRENZ

Il-preżenza tagħna f Malta

Lourdes. Britannia Tours. Vjaææi gœal BSL. 4 ijiem sœaœ. 5 ijiem sœaœ. minn 4 IJIEM SŒAŒ. minn 5 IJIEM SŒAŒ ta Awwissu

ORDNI FRANĠISKANA PAWL NRU ATRIJIET MINURI PROVINĊJA INURI - M A L T A AWL APPOSTLU

Żjara tal-ministru Ġeneral P. Michael A. Perry O.F.M. fi gżiritna fit-23 u l-24 t April 2014

id-drammi ta ORESTE CALLEJA JUM FOST L-OĦRAJN PUBBLIKAZZJONI

Association of the Members of theu3e

L-isbaħ xewqat ta Milied hieni u qaddis, u s- sena 2007 tkun ta paċi u ġid! - L-Editur

JANNAR - FRAR 2015 il-238 Óar a

Hajja Salesjana. il-233 Óar a. Maltin u Dun Bosco Big Stories from Little Hearts Il-Madonna ta Kibeho The Sparrow at Starbucks

100 sena mill-ftuħ tal-knisja ta Sant Antnin, Għawdex

MALTESE HISTORY. D. The Roman Inquisition in Malta. Form 3

Benedittu XVI. PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No KAPITLU PROVINĊJALI

Hajja Salesjana. il-218 Óar a. Mons. Nikol Cauchi Praying from the Heart Ìest sabi favur l-annimali abbandunati

MARZU - APRIL 2015 il-239 Óar a

FATHER S DAY LUNCHEON Story and more pictures on Pages 3, 4 and 5

Hajja Salesjana. MARZU-APRIL il-214 Óar a. Haiti - The Salesians Hit by the Earthquake A Saintly Salesian Brother G aqda mar-rieda ta Alla

ajja NOVEMBRU DIÇEMBRU 2009 il-211 Óar a Salesjana Jiena nista ng ix fil-qawwa ta l-ispirtu s-santu The Packing Mistake Vendetta ta Ìurdien

MCCV newsletter. Bishop Joe Grech

ajja SETTEMBRU-OTTUBRU 2009 il-210 Óar a Salesjana Pilgrimage to Turin The Folded Napkin Marija u r-ruωarju

IL-PM I}UR L-ISQFIJIET FIL-LIBYA

Ftu] uffi``jali tat-800 sena mit-twaqqif tal-ordni tal-klarissi 16 t April

Hajja Salesjana. MARZU-APRIL il-219 Óar a. Signs of Sorrow and Love The Pastor and the Son Is-Salesjani fõ tas-sliema

Hajja Salesjana. NOVEMBRU-DIÇEMBRU il-222 Óar a. A Baby s Hug Tradizzjoni g aωiωa tal-avvent Il-Premju Nobel lil Isqof Salesjan

Hajja Salesjana. MEJJU-ÌUNJU il-220 Óar a. You Reap what you sow Feast of Don Bosco in Tornoto The final salute to Fr Marek Rybinski

MALTESE E-NEWSLETTER 249 January/Jannar 2019

PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No BI TĦEJJIJA GĦAT-VIII ĊENTINARJU TAR-REGOLA

(21.) 1. Religione e società - Europa I. Carvalho, Joaquim. CIP a cura del Sistema bibliotecario dell Università di Pisa

L-A}BAR. PROVIN~JA FRAN{ISKANA S. PAWL APPOSTLU - MALTA Nru. 152 JANNAR

RESKEON NEWSLETTER AUTUMN

Żjara tal-papa Benedittu XVI f Assisi 17 ta Ġunju Jingħata l-midalja għall-qadi tar-repubblika. Kapitlu tal-ħsajjar. 7-9 ta Jannar 2007

Maria Adeodata Pisani and the extraordinary healing of Henry Casolani

Australian Prime Minister Malcolm Turnbull meets the Queen for the first time in Malta

Hajja Salesjana. il-232 Óar a. Maltin u Dun Bosco From St. Nicholas to Sta. Claus Il-Madonna tal-g oqod Meta l-orgni Ma Daqqx

RESKEON NEWSLETTER. Another Father s Day Luncheon... another success. SEPT SPRING EDITION Volume 19, No.3. Pages 1 and 5. Page 3. Page 8.

ta S. Marija ta {esu, ir-rabat. }adimha l-palermitan Antonello Gagini ( ) u [iet ikommissjonatha mill-patrijiet tag]na fit-23 ta Frar 1504.

prospectus Prospectus ta Korsijiet Course Prospectus

RESKEON NEWSLETTER. The Seniors enjoyed a Father s Day Luncheon at Firenze. SEPT SPRING EDITION Volume 18, No. 3. Pages 1 and 5. Page 3.

MALTESE E-NEWSLETTER 228 July 2018

MALTESE E-NEWSLETTER 195 November 2017

PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No

72 THE MALTESE NEWSLETTER - LINKING THE MALTESE DIASPORA WEBSITE:

RESKEON NEWSLETTER SUMMER

PRESS RELEASE MUSLIM LEADER CALLS FOR JIHAD AGAINST EXTREMISM AND OPPRESSION

Il-Milied it-tajjeb! L-A{BAR DIĊEMBRU

Jalsa Salana Germany 2015: Proclaim the Bounties of Allah

WAQF-E-JADID THE NEW DEDICATION

Reference: Reference:

Lajna Imaillah Australia

Khalifatul Masih II - Pearls of Wisdom

MALTESE NEWSLETTER 67 - Jan 2015

IŜŜurna mill-ādid oħtna l-mewt

ĠUSTIZZJA U PAĊI KUMMISSJONI DJOĊESANA. E-Newsletter tal-kummissjoni Ġustizzja u Paċi. From "Rerum Novarum" to "Mater et Magistra"

The Prophecy of Musleh Ma'ood

Blessings of Allah - Germany visit

Prophecy of the 'Promised Reformer'

Essence of Quality Meetings and Ijtema gatherings

Jalsa Salana Canada 2016

The Power of Mindful Prayers

Transcription:

L-IŻLAM Ħażrat Mirża Masroor Aħmad aba Il-Ħames Suċċessur tal-messija Mwiegħed as, Il-Mexxej tal-komunità Aħmadija Musulmana AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA

Islam, a threat or a source of peace? In Maltese Language. Islam International Publications Ltd Tradott għall-malti u ppubblikat f Malta (2016) Pubblikazzjoni ta Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta Tel: +356-27342401 Tel: +356-21322105 Mob: +356-79320139 Fax: +356-27322105 Email: amjmalta@gmail.com www.ahmadiyyamalta.org www.ahmadiyya.org.mt Stampa: shutterstock ISBN: 978-99957-59-22-3

Introduzzjoni Is-Sibt 14 ta Ġunju 2014, Ħażrat Mirża Masroor Aħmad aba, għamel enfasi dwar il-kostituzzjoni proprja tal-kalifat tul diskors magħmul quddiem madwar 1000 mistieden mhux Aħmadi fittieni jum tad-39 Konvenzjoni Annwali tal-komunità Aħmadija Musulmana li ttellgħet il-ġermanja. Il-Qdusija Tiegħu, Mirża Masroor Aħmad, Kalifatul-Masiħ V aba, huwa l-mexxej Suprem tal-komunità Dinjija Aħmadija Musulmana (Ahmadiyya Muslim Jamaat). Huwa l-ħames suċċessur tal-messija Mwiegħed u Riformatur, Ħażrat Mirża Ghulan (Gulam) Aħmad as ta Kadjan. Il-Qdusija Tiegħu twieled fil-15 ta Settembru, 1950, f Rabwah, il-pakistan. Wara li temm il-masters Degree fl-ekonomija Agrikola fl-1977 mill-università Agrikola ta Faisalabad, il- Pakistan, huwa ddedika formalment il-ħajja tiegħu għas-servizz tal-iżlam. Wara li ġie elett għal ħajtu kollha fil-pożizzjoni ta Kalif tal- Komunità Aħmadija Musulmana fit-22 t April 2003, huwa jservi bħala l-kap dinji spiritwali u amministrattiv ta organizzazzjoni internazzjonali reliġjuża li tħaddan fiha għexieren ta miljuni ta membri mxerrda f 204 pajjiż. Mindu laħaq Kalif, Ħażrat Mirża Masroor Aħmad aba żar ħafna pajjiżi u għamel għadd ta diskorsi mħeġġin lil udjenzi minn kulturi u ambjenti differenti, biex jippromwovi u jiffaċilita s-servizz lillumanità. Il-Qdusija Tiegħu, Mirża Masroor Aħmad, bħalissa jinsab residenti f Londra, l-ingilterra.

F Isem Alla, Mimli Grazzji, Dejjem Ħanin. Wara li beda bit-talb ta Taxaħud, Taawwuż u Bismillah, Ħażrat Mirża Masroor Aħmad aba qal: Għall-mistednin kollha, Assalamo Alajkum Wa Raħmatullaħe Wa Barakatoħu il-paċi u l-barkiet ta Alla jkunu fuqkom ilkoll. L-ewwel nett, nixtieq nuri l-gratitudni sinċiera tiegħi lejkom kollha li ħadtu mill-ħin tagħkom biex tiġu hawn u tkunu preżenti għall-konvenzjoni Annwali tagħna il-jalsa Salana. Sfortunatament, fid-dinja tal-lum insibu għadd sostanzjali ta nies li għandhom biża mirreliġjon b mod ġenerali u mill-iżlam b mod partikolari. Għaldaqstant, f dawn iċ-ċirkostanzi, l-attendenza tagħkom f avveniment purament reliġjuż hija evidenza tax-xewqa ħerqana tagħkom li titgħallmu u titkixxfu dwar ir-reliġjon. Għalhekk, barra li nirringrazzjakom, jien ukoll se nitlob li intom tkunu dawk li tfittxu li tagħrfu l-essenza vera u l-bżonn ġenwin għar-reliġjon mill-qigħan ta qlubkom. Illum, bħala l-kap tal-komunità Aħmadija Musulmana, nixtieq inkellimkom fil-qosor dwar it-tagħlim veritier L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi? 3

tal-iżlam. Naturalment fiż-żmien qasir li għandi, huwa impossibbli li nkopri t-tagħlim kollu tal-iżlam u għalhekk se nillimita lili nnifsi għal xi ftit aspetti importanti biss. Insibu li fid-dinja tal-punent, minn żmien għal żmien, iqumu għadd ta dubji fir-rigward tal-iżlam, apparti li hemm ostilità sottili kontrih, fejn isiru ċertu allegazzjonijiet mhux ġustifikati lejn it-tagħlim tiegħu. Isiru għadd ta interpretazzjonijiet ħżiena tal-iżlam u għalhekk it-tagħlim tiegħu jkun mibdul għalkollox b tali mod li tingħata l-impressjoni li, allaħares, l-iżlam ma jgħallem xejn ħlief l-estremiżmu u l-krudeltà. Jingħad ukoll li, allaħares qatt, il-profeta tal-iżlam, il- Qaddis Profeta Muħammad sa, kien jaġixxi b manjiera krudili u oppressiva. B riżultat ta dan, insibu li hemm nies li għandhom biża tremend mill-bini ta moskej ġodda l-għaliex jemmnu li t-tagħlim tal-estremiżmu se jasal fid-dinja tal-punent. M għandi l-ebda eżitazzjoni biex nammetti li llum il-qagħda globali tal-maġġoranza vasta tad-dinja Musulmana hi ħażina u meta naraw l-imġiba ta ċertu individwi li jsejħu lilhom infushom Musulmani, ikun jidher biċ-ċar li dawn il-biżgħat isiru ġustifikati. Bir-riżultat li dawk affettwati jitolbu li jkun hemm restrizzjonijiet fuq id-drawwiet u t-tagħlim reliġjuż tal- Musulmani. Huma jsostnu bil-qawwa kollha li għandu jkun hemm żamma tal-promozzjoni tal-iżlam u tal-bini ta moskej ġodda. U b dispjaċir kbir ikun hemm ukoll min juża lingwaġġ abbużiv u offensiv immens kontra l-qaddis Profeta Muħammad sa. 4 L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi?

Ejja nimxu biċċa oħra. Huwa fatt magħruf li l-iżlam huwa meqjus bħala t-tieni l-akbar reliġjon fid-dinja wara l-kristjaneżmu. Iżda r-realtà hi li l-maġġoranza tal-insara li jgħixu fil-punent ma jipprattikawx ilfidi tagħhom, u lanqas għandhom l-iċken interess firreliġjon. Din hi ħaġa li l-knisja stess taċċettaha u li hi sostanzjata wkoll minn għadd ta rapporti fil-midja. Tabilħaqq li numru mdaqqas sew minn dawn in-nies lanqas biss jemmnu f Alla, filwaqt li oħrajn isostnu li jemmnu f Alla iżda ma jemmnux li l-fidi ġejja Minnu u għaldaqstant iħossu li m għandhomx ħtieġa tagħha. Min-naħa l-oħra naraw li l-maġġoranza tal-musulmani jħossuhom qrib sewwa tar-reliġjon tagħhom u ma jifilħux jisimgħu affarijiet negattivi fuq it-twemmin tagħhom jew fuq il-qaddis Profeta Muħammad sa. Għalhekk, meta dawk li jopponu l-iżlam jipprovokaw is-sentimenti reliġjużi tal-musulmani dan iwassal għal reazzjoni negattiva, li min-naħa tagħha toħloq diżordni u kunflitti serji fid-dinja. Filwaqt li r-reazzjoni negattiva tal-musulmani hija kompletament żbaljata u mhux ġustifikata, madanakollu n-natura umana u l-loġika jiddettaw li meta s-sentimenti jew l-emozzjonijiet ikunu mqanqla jew provokati b mod negattiv, dawn jirreaġixxu b mod naturali. Biex jieħdu vantaġġ minn dawn ir-reazzjonijiet, xi setgħat anti-iżlamiċi jkunu pronti biex jittimbraw lill- Iżlam bħala reliġjon tal-estremiżmu u tat-terroriżmu mingħajr ma jieqfu biex jaħsbu jew jinvestigaw. Dawn sfaċċatament jew mingħajr eżitazzjoni jixlu lill- L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi? 5

Iżlam, għalkemm is-sens ta ġustizzja jitlob li filwaqt li jwaqqfu dawn id-delitti jew għemejjel ħżiena, għandhom ukoll jivvalutaw ġenwinament jekk dawn l-atti jaqblux mat-tagħlim veru tal-iżlam jew inkella humiex biss rappreżentazzjoni żbaljata jew inġusta. F dan ir-rigward, qed nieħu gost nosserva li fil-midja tal-punent, xi kummentaturi li mhumiex Musulmani qed isaqsu l-għala l-atti ħżiena tal-hekk imsejħa Nsara mhumiex attribwiti għat-tagħlim tal-kristjaneżmu, madanakollu l-atti ħżiena tal-musulmani huma dejjem assoċjati mat-tagħlim tal-iżlam. Dan hu, fil-fatt, il-mod kif għandek titkellem favur ilġustizzja. Dan hu, fil-fatt, il-mod kif għandek titkellem fi sforz biex jitneħħew l-ilmenti u d-dwejjaq kollha minn din id-dinja. Dan hu, fil-fatt, mod kif għandek tressaq in-nies lejn xulxin u toħloq atmosfera ta armonija reċiproka. It-tagħlim veru tal-iżlam li aħna tgħallimna mill-quran (Koran) u mill-għemil tal-qaddis Profeta Muħammad sa iwissina biex qatt ma naġixxu bi krudeltà u li dejjem nissodisfaw il-jeddijiet tal-umanità. L-Iżlam jobbliga lill-musulmani biex jeħilsu lil kull persuna u lil kull nazzjon minn kull forma ta skjavitù u servitù kemm jekk ikun jasar fiżiku, ekonomiku, jew soċjali. L-Iżlam jgħallimna li n-nies kollha huma ugwali u li r-razza u l-lewn ta individwu m għandhomx ikunu mezz ta superjorità jew pożizzjoni soċjali għolja. Pjuttost li l-uniku valur tan-nazzjonalità jew l-etniċità ta xi ħadd huwa biex iservu ta mezz ta identifikazzjoni ma jfissru xejn apparti dan. 6 L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi?

Il-Qaddis Profeta Muħammad sa għallem li Għarbi m għandu l-ebda superjorità fuq min mhux Għarbi iżda lanqas wieħed li mhux Għarbi m għandu jħossu superjuri fuq wieħed Għarbi. Dak li jħobb Alla l-omnipotenti hija l-ġustizzja u għalhekk persuna li twettaq għemejjel ġusti tikseb l-imħabba u l-qrubija ta Alla. Għaldaqstant, jekk persuna għandha xi valur jew grad speċjali, dan ikun inkiseb bis-saħħa tat-tjubija u l-imġiba xierqa tagħha. F termini ta ġustizzja, l-iżlam jgħallem li hemm żewġ karatteristiċi li jħaddnu kollox. L-ewwel waħda hija t-twettiq tal-obbligazzjonijiet lejn Alla l-omnipotenti u l-qima Tiegħu. It-tieni hija t-twettiq tal-obbligazzjonijiet lejn il-ħolqien ta Alla u s-servizz lill-umanità. L-Iżlam jgħallem lill-musulmani biex iferrxu l-imħabba reċiproka u l-affezzjoni f kull direzzjoni u f kull saff tas-soċjetà. Huwa fil-fatt jenfasizza l-aktar l-indokrar tal-iżjed membri vulnerabbli u fqar tas-soċjetà bħal pereżempju l-orfni. Barra minn hekk, fl-interess tal-paċi fid-dinja, l-iżlam jgħallem li qatt m għandek tieħu l-ewwel pass jew tinstiga xi att ta aggressjoni jew taqbid tal-gwerra. Jekk il-gwerra tkun sfurzata fuqek u int ma jibqagħlek l-ebda għażla ħlief li tiġġieled lura, mela mbagħad inti jkollok tiddefendi lilek innifsek bl-intenzjoni li terġa tistabbilixxi l-paċi. Għalhekk, l-iżlam jgħallem li meta xi aggressur jirtira, dawn m għandhomx jiġu sfruttati u l-ebda trasgressjoni jew krudeltà m għandha tintuża fuqhom. F dan il-punt il-gwerra għandha titwaqqaf minnufih u l-parti telliefa m għandhiex tkun soġġetta L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi? 7

għal sanzjonijiet ekonomiċi u r-rebbieħ m għandux ifittex li jasserixxi l-kontroll fuqha jew jassarha jew jumiljaha b xi mod jew ieħor. Anki fejn l-iżlam ippermetta gwerra purament difensiva, din kienet limitata bir-regoli stretti tal-battalja maħluqin mill-qaddis Profeta Muħammad sa. Huwa għallem li fejn il-musulmani jkunu sfurzati biex jidħlu fi gwerra bl-intenzjoni li jistabbilixxu l-paċi, huma m għandhom iweġġgħu l-ebda mara jew tifel jew tifla. Huwa sostna li l-ebda qassis jew mexxej reliġjuż, li jkun baqa fil-postijiet ta qima, m għandhom jiġu attakkati u lanqas l-ebda knisja jew lok ta qima m għandhom ikunu mittiefsa. Illum nitkellmu dwar l-ambjent u għalhekk f termini ta ambjent huwa għallem biex ma titwaqqa l-ebda siġra u li l-prodotti tar-raba m għandhomx jiġu meqruda. Għalhekk, fir-realtà, tul stat ta gwerra, il-musulmani m għandhomx permess li jattakkaw lil xi ħadd ħlief lis-suldati rivali u b hekk l-ebda pajżan m għandu qatt jiġi ferut. Madanakollu, b dispjaċir kbir naraw li filgwerer missielta llum il-ġurnata huma n-nies innoċenti li jsofru l-aktar u l-għadd ta pajżana midruba jisboq ta kulħadd. Anki tul it-tieni Gwerra Dinjija l-maġġoranza ta dawk maqtula kienu ċittadini innoċenti, u kif għadni kif għedt, fi gwerer jew kunflitti iżgħar li qed iseħħu bħalissa, huma n-nies pajżana li qed isofru l-aktar. Ħalli nkun ċar mill-ewwel, dan imur assolutament kontra t-tagħlim tal-iżlam. Darba, matul gwerra fi żmien il-qaddis Profeta Muħammad sa, Musulman qatel 8 L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi?

mara u tifel. Meta l-qaddis Profeta sa sar jaf b dan huwa nkorla bl-ikrah. Il-Musulman ipprova jiġġustifika lilu nnifsu billi qal li dawk li kien qatel kienu Lhud jew ma kinux Musulmani, iżda l-qaddis Profeta sa b mod kategoriku insista li dawk kienu nies innoċenti, u li toqtol nies innoċenti kien dnub serju u gravi ħafna. B hekk, hawnhekk ippreżentajt ftit eżempji li juru biss nitfa mit-tagħlim veru u sabiħ tal- Iżlam. Bla dubju mistoqsija li tiġi b mod naturali hija li jekk dan huwa t-tagħlim awtentiku tal-iżlam mela għalfejn insibu ċertu gruppi jew individwi Musulmani li qed jikkommettu l-ħruxijiet u jwettqu attakki orribbli kontra kemm ħuthom Musulmani kif ukoll dawk li mhumiex? Din l-istess mistoqsija diġà ġiet imwieġba fi profezija li għamel il-qaddis Profeta Muħammad sa aktar minn 1400 sena ilu. Huwa kien ħabbar b mod ċar li kien se jasal żmien fejn il-maġġoranza kbira tal-musulmani se jitbiegħdu mit-tagħlim oriġinali tal-iżlam. Madanakollu, Huwa kien ta wkoll aħbar kbira u sabiħa meta qal li f dan il-perjodu ta dlam spiritwali, il-ħniena u l-kompassjoni ta Alla se jerġgħu jaħkmu lid-dinja mill-ġdid u Huwa se jibgħat Messija u Maħdi li jerġa jistabbilixxi t-tagħlim veru tal-iżlam. Aħna, il- Musulmani Aħmadin, nemmnu li l-messija u l-maħdi wasal u kien huwa li waqqaf il-komunità Aħmadija Musulmana. Huwa, Ħażrat Mirża Ghulam Aħmad as ta Kadjan, dawwal id-dinja bit-tagħlim awtentiku u L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi? 9

oriġinali tal-iżlam. U għalhekk issa se nippreżenta xi ftit siltiet mill-kitbiet tiegħu fejn huwa tefa dawl qawwi biex jillumina t-tagħlim safi u purament paċifiku tal-iżlam. Il-Messija Mwiegħed as kien qal: Hemm biss żewġ partijiet sħaħ tal-fidi. Waħda hija li tħobb lil Alla u l-oħra hija li tħobb lill-umanità b tali mod li s-sofferenzi u l-provi u t-tbatijiet tal-oħrajn tqishom bħala tiegħek u għalhekk titlob għalihom. F post ieħor il-messija Mwiegħed as qal: L-aktar aspett diffiċli u komplikat talfidi huwa dak tat-tħaris tal-jeddijiet talumanità għaliex din hija sfida kontinwa u persuna taffaċċja din il-prova l-ħin kollu. Ngħid fis-sewwa biex ma tqisu lil ħadd bħala l-għadu personali tagħkom u warrbu għalkollox l-użanza li jkollkom l-għira u l-mibegħda lejn ħaddieħor. U f post ieħor il-messija Mwiegħed as qal: Jien ngħidilkom li għandkom tħobbu u turu ħniena mal-ħolqien ta Alla kollu jkun min ikun jekk huwiex Ħindu, Musulman jew ħaddieħor. 10 L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi?

Hu jgħid: Qatt ma nieħu gost meta n-nies jippruvaw jillimitaw is-simpatija u l-imħabba tagħhom lejn il-proxxmu tagħhom biss... jiena nwiddibkom għal darba tnejn biex qatt ma tillimitaw l-għan tal-mogħdrija tagħkom. B hekk dawn huma biss ftit eżempji mill-kitbiet tal- Fundatur tal-komunità Aħmadija Musulmana, fejn fihom huwa ħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu biex ixerrdu l-imħabba u l-kompassjoni mal-erbat irjieħ tad-dinja. Dan hu t-tagħlim veru tal-iżlam u bil-grazzja ta Alla huwa b dan it-tagħlim paċifiku u ħanin li l-komunità Aħmadija Musulmana kibret u nxterdet f kull parti taddinja. Il-messaġġ li aħna nwasslu ma fihx lingwaġġ aħrax u lanqas iħaddan xi tip ta sfurzar jew kostrinġiment. Pjuttost il-messaġġ tagħna huwa wieħed ta mħabba, għożża u għaqda. Aħna ġejna mgħallmin biex inwieġbu għal-lingwaġġ inġurjuż u offensiv bit-talb. U bi tweġiba għall-persekuzzjoni u l-imrar li naffaċċjaw, aħna nagħtu biss imħabba, sliem u faraġ lid-dinja. Dan hu t-tagħlim tagħna u dan hu t-twemmin tagħna. U llum l-istituzzjoni ta Kalifat jiġifieri l-istituzzjoni ta suċċessjoni spiritwali li tmexxi lill-komunità Aħmadija Musulmana qed jirnexxilha tħalli dan ittagħlim awtentiku tal-iżlam ħaj. Il-Kalifat tal-komunità L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi? 11

Aħmadija qatt ma tista titbiegħed mit-tagħlim l-aktar fundamentali tal-iżlam tat-twettiq tad-drittijiet dovuti lejn Alla u lejn l-umanità. Illum, l-istituzzjoni ta Kalifat qed tħabrek għall-paċi b kull mod possibbli u qed tipprova xxerred l-imħabba u l-affezzjoni f kull rokna tad-dinja. Għaldaqstant, inħossni xxukkjat u mnikket meta nisma li f xi partijiet tal-ġermanja xi individwi li mhumiex Musulmani qed jgħidu li mhux se jippermettu lill- Kalifat biex lanqas tagħmel pass wieħed f dan ilpajjiż. Kif aċċennajt diġà l-veru Kalifat hija mezz ta tixrid ta ħniena u benevolenza u għalhekk insaqsi lil dawn in-nies jekk jixtiqux li jġibu s-sofferenzi jew irrestrizzjonijiet fuq dawk in-nies li qed jgħixu hawnhekk fil-paċi, jgħożżu l-pajjiż tagħhom. Jiena ma nemminx li persuna sensibbli jew intelliġenti qatt għandha tħaddan opinjoni daqshekk imprudenti. Fortunatament il-maġġoranza kbira tal-poplu Ġermaniż ma tagħtix kas ta dawn l-attitudnijiet intolleranti u għalhekk intom tinsabu hawn illum. Qed taraw b għajnejkom stess li f dawn is-swali hawn eluf ta nisa u rġiel li huma għalkollox favur il-kalifat u permezz ta din ir-rabta spiritwali indistruġġibbli huma jinsabu perfettament magħqudin. Huma jitkellmu biss dwar kif se jxerrdu l-imħabba u l-affezzjoni u kif se jħarsu d-drittijiet tal-umanità. Tassew li n-nies tal-lokal li qed jissieħbu mal-komunità Aħmadija mill-popolazzjoni Ġermaniża qed ikunu 12 L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi?

xhieda tal-verità li l-kalifat Aħmadija hija mezz ta kif twassal lin-nies biex iwettqu d-drittijiet lejn Alla u lejn il-bnedmin. Ħalli nagħmilha ċara li l-istituzzjoni ta Kalifat li tmexxi lill-komunità Aħmadija m għandha l-ebda interess filpoter jew fit-tmexxija ta xi pajjiż. Serrħu moħħkom li l-veru Kalifat m għandha l-ebda objettivi jew gwadann materjali jew politiku u lanqas hija mgħammra għal dawk li għandhom ħajra jew regħba għal dawn l-affarijiet. L-uniku tħassib tal-kalifat Aħmadija huwa li n-nies tad-dinja jaslu biex jirrikonoxxu l-ħallieq tagħhom u jinżlu jqimu lil dan Alla Waħdieni u t-tieni li joħolqu l-ispirtu ta mħabba u armonija qalb il-popli tad-dinja. Illum, il-musulmani Aħmadin, li huma mxerrda f 204 pajjiżi tad-dinja, huma xhieda fil-prattika ta din ilverità. Il-fatt li intom qegħdin bilqiegħda f paċi assoluta f folla ta madwar 30,000 Musulman juri li dawn il- Musulmani huma dixxipli ta dik il-kalifat li tfittex li tirbaħ il-qlub bl-imħabba biss. Qatt mhu se tfittex li ġġiegħel jew tuża l-forza u l-estremità biex tirrenja fuq xi poplu jew nazzjon. Finalment jiena ċert li t-tagħlim veru tal-iżlam sar aktar evidenti llum għalikom minn dak kollu li għedt u li intom sirtu tifhmu aħjar in-natura vera tal-kalifat li tmexxi lill-komunità Aħmadija Musulmana. Jiena ċert li intom irrealizzajtu li m hemmx għalfejn tibżgħu minn din il-kalifat u għalhekk nitlobkom ukoll li L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi? 13

tnebbħu lill-oħrajn fiċ-ċrieki tagħkom dwar il-vera natura tagħha. Din il-kalifat dejjem tkun fuq quddiem biex tikkundanna u titkellem kontra kull forma ta ħruxija u inġustizzja li sseħħ fid-dinja. Fil-fatt jekk qatt ikun hemm Musulman Aħmadi li jwettaq xi għemil ħażin imbagħad aħna dejjem nieħdu azzjoni adattata kontrihom. B dan il-ftit kliem jiena se nsellmilkom u għalhekk nerġa għal darba oħra nirringrazzjakom talli ngħaqadtu magħna hawn illum. Jalla Alla jagħtikom il-ħila biex tifhmu l-messaġġ sinċier u mill-qalb tiegħi. Minflok ma nippuntaw subgħajna lejn xulxin u minflok ma nweġġgħu s-sentimenti ta xulxin għandna pjuttost ningħaqdu flimkien u naħdmu għall-ġid tal-pajjiż u għat-twaqqif tal-paċi fid-dinja. Jalla Alla jgħinna biex ikollna suċċess f dawn l-affarijiet. Grazzi ħafna. 14 L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi?

Islam, a threat or a source of peace? This is the Maltese translation of the Address delivered by Hazrat Mirza Masroor Ahmad aba, Khalifatul-Masih V, Head of the Worldwide Ahmadiyya Muslim Community to a large audience of Non-Muslim guests on the 2 nd day of the Annual Convention (Jalsa Salana) of the Ahmadiyya Muslim Jamaat Germany on 14 th June 2014. www.ahmadiyya.org.mt 16 L-Iżlam, theddida jew sors għall-paċi?