KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI

Similar documents
IL-MOSKEA RASHID AHMAD CHEEDOO AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA

IL-KUR~IFISS BIL-JEANS

APOCRYPHA TOBIT TAL-KING JAMES BIBBJA Tobit

ID-DAWL. Il-Ħniena Tiegħi tħaddan kollox FRAR 2018 NUMRU 2. Il-Patrijottiżmu Sinċier. Il-Kastig tal-blasfemija. L-Għan tal-ħolqien

Id-Dmirijiet ta Ċittadin

January 2015 vol 2 -Issue 5

Qribek. Mill-Pinna... Fr Silvio. Dear students and parents,

L-IŻLAM. Ħażrat Mirża Masroor Aħmad aba. Il-Ħames Suċċessur tal-messija Mwiegħed as, Il-Mexxej tal-komunità Aħmadija Musulmana

Il-Ġimgħa L-Kbira F'Malta L-Arti, it-tradizzjonijiet u l-fidi fil-festi tal-ġimgħa Imqaddsa

ID-DAWL. Qimu l Alla u kunu ġenerużi... Marzu 2018 NUMRU 3. Relazzjonijiet mal-ġirien. Is-Servizz għall-umanità. L-Imġiba Tajba

(W) Surrender! / (W) Inċedi

F Isem Alla, Mimli Grazzji, Dejjem Ħanin

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

The artwork used in the cover of the dust jacket is by kind permission of Ms. ELKE REHDER:

Konferenza tal-lingwa NgliŜa fil-litwanja

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Riformatur għall-musulmani biss?

FATHER S DAY LUNCHEON Story and more pictures on Pages 3, 4 and 5

Imħabba Vera Għall-Qaddis PROFETA MUĦAMMAD sa

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU 2018

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

Signum Fidei }ajja ta Xhieda u ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi JANNAR 2018

Contents. EasterSprit Videos - English and Maltese

AWWISSU Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

MALTESE E-NEWSLETTER CHRISTMAS EDITION - December 2017

Association of the Members of theu3e


Lourdes. Britannia Tours. Vjaææi gœal BSL. 4 ijiem sœaœ. 5 ijiem sœaœ. minn 4 IJIEM SŒAŒ. minn 5 IJIEM SŒAŒ ta Awwissu

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi NOVEMBRU 2017 CHRIST THE KING

Mgħallem tajjeb, x għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta dejjem? (Mk 10,17)

Il-preżenza tagħna f Malta

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU Is-Samaritan it-tajjeb: pittura ta Loth Johann Karl

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda u ta Fidi

In spite of your weaknesses, in spite of your past mistakes or struggles, you can be an effective and successful witness for the Lord Jesus Christ.

JANNAR - FRAR 2015 il-238 Óar a

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi ĠUNJU 2017

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi LULJU 2016

Signum Fidei Ħajja ta Xhieda ta Fidi

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi OTTUBRU The Ecstasy of St. Teresa of Avila, Marble sculpture By Gianlorenzo Bernini

Żjara tal-ministru Ġeneral P. Michael A. Perry O.F.M. fi gżiritna fit-23 u l-24 t April 2014

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi NOVEMBRU 2015

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi MARZU 2018

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi FRAR Bartolomé Esteban Murillo, Return of the Prodigal Son , courtesy National Gallery of Art, Washington

Ħajja ta Xhieda u ta Fidi DIĊEMBRU 2018

L-Għid tal-qawmien tal-mulej mill-imwiet

RESKEON NEWSLETTER AUTUMN

id-drammi ta ORESTE CALLEJA JUM FOST L-OĦRAJN PUBBLIKAZZJONI

Benedittu XVI. PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No KAPITLU PROVINĊJALI

MALTESE HISTORY. D. The Roman Inquisition in Malta. Form 3

AWWISSU 2014 IL-MARTIRJU TA SAN LAWRENZ

100 sena mill-ftuħ tal-knisja ta Sant Antnin, Għawdex

MARZU - APRIL 2015 il-239 Óar a

prospectus Prospectus ta Korsijiet Course Prospectus

Hajja Salesjana. il-233 Óar a. Maltin u Dun Bosco Big Stories from Little Hearts Il-Madonna ta Kibeho The Sparrow at Starbucks

ORDNI FRANĠISKANA PAWL NRU ATRIJIET MINURI PROVINĊJA INURI - M A L T A AWL APPOSTLU

Hajja Salesjana. MARZU-APRIL il-219 Óar a. Signs of Sorrow and Love The Pastor and the Son Is-Salesjani fõ tas-sliema

Hajja Salesjana. il-218 Óar a. Mons. Nikol Cauchi Praying from the Heart Ìest sabi favur l-annimali abbandunati

Talb għall-paċi u għal Ħutna Nsara Ippersegwitati. Pjazza tas-santwarju tal-madonna tal-mellieħa

MCCV newsletter. Bishop Joe Grech

MALTESE E-NEWSLETTER 249 January/Jannar 2019

IL-PM I}UR L-ISQFIJIET FIL-LIBYA

Ftu] uffi``jali tat-800 sena mit-twaqqif tal-ordni tal-klarissi 16 t April

ajja SETTEMBRU-OTTUBRU 2009 il-210 Óar a Salesjana Pilgrimage to Turin The Folded Napkin Marija u r-ruωarju

ajja NOVEMBRU DIÇEMBRU 2009 il-211 Óar a Salesjana Jiena nista ng ix fil-qawwa ta l-ispirtu s-santu The Packing Mistake Vendetta ta Ìurdien

ta S. Marija ta {esu, ir-rabat. }adimha l-palermitan Antonello Gagini ( ) u [iet ikommissjonatha mill-patrijiet tag]na fit-23 ta Frar 1504.

Hajja Salesjana. NOVEMBRU-DIÇEMBRU il-222 Óar a. A Baby s Hug Tradizzjoni g aωiωa tal-avvent Il-Premju Nobel lil Isqof Salesjan

Hajja Salesjana. MARZU-APRIL il-214 Óar a. Haiti - The Salesians Hit by the Earthquake A Saintly Salesian Brother G aqda mar-rieda ta Alla

L-isbaħ xewqat ta Milied hieni u qaddis, u s- sena 2007 tkun ta paċi u ġid! - L-Editur

PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No BI TĦEJJIJA GĦAT-VIII ĊENTINARJU TAR-REGOLA

RESKEON NEWSLETTER. Another Father s Day Luncheon... another success. SEPT SPRING EDITION Volume 19, No.3. Pages 1 and 5. Page 3. Page 8.

Maria Adeodata Pisani and the extraordinary healing of Henry Casolani

L-A}BAR. PROVIN~JA FRAN{ISKANA S. PAWL APPOSTLU - MALTA Nru. 152 JANNAR

Australian Prime Minister Malcolm Turnbull meets the Queen for the first time in Malta

RESKEON NEWSLETTER SUMMER

Il-Milied it-tajjeb! L-A{BAR DIĊEMBRU

RESKEON NEWSLETTER. The Seniors enjoyed a Father s Day Luncheon at Firenze. SEPT SPRING EDITION Volume 18, No. 3. Pages 1 and 5. Page 3.

Hajja Salesjana. MEJJU-ÌUNJU il-220 Óar a. You Reap what you sow Feast of Don Bosco in Tornoto The final salute to Fr Marek Rybinski

72 THE MALTESE NEWSLETTER - LINKING THE MALTESE DIASPORA WEBSITE:

(21.) 1. Religione e società - Europa I. Carvalho, Joaquim. CIP a cura del Sistema bibliotecario dell Università di Pisa

ĠUSTIZZJA U PAĊI KUMMISSJONI DJOĊESANA. E-Newsletter tal-kummissjoni Ġustizzja u Paċi. From "Rerum Novarum" to "Mater et Magistra"

PROVIN JA FRAN{ISKANA TA SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No

Hajja Salesjana. il-232 Óar a. Maltin u Dun Bosco From St. Nicholas to Sta. Claus Il-Madonna tal-g oqod Meta l-orgni Ma Daqqx

Żjara tal-papa Benedittu XVI f Assisi 17 ta Ġunju Jingħata l-midalja għall-qadi tar-repubblika. Kapitlu tal-ħsajjar. 7-9 ta Jannar 2007

MALTESE E-NEWSLETTER 228 July 2018

MALTESE E-NEWSLETTER 195 November 2017

Trip to Ballarat RESKEON NEWSLETTER. JUNE 2012 WINTER EDITION Volume 16, No. 2. Page 2. Pages 3 and 4. Page 8. Pages 4 and 5.

IŜŜurna mill-ādid oħtna l-mewt

QATT KONT TAF.. Li l-festa tat-trasfigurazzjoni tal-mulej, jigifieri meta Kristu. Li l-kelma t Alla, il-bibbja qatt ma kienet

Preparation for the event

MALTESE NEWSLETTER 67 - Jan 2015

Translation Strategies and Annotation Policies in two Maltese: Translations of Romans 3:1 8

KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop

Deseret Book. Theme: Self Reliance Packet # tips for successful Family Home Evenings. Family Home Evening Materials

GOSPEL STORY CURRICULUM (NT) PRESCHOOL LESSON 72. The Heart's Desires JAMES 4:1 3 BIBLE TRUTH SINFUL DESIRES LEAD US AWAY FROM GOD

Tempe, Arizona. Training Guide Ministers of Hospitality/Ushers

Index of Scriptures Associated with YWAM s Beliefs and Values Compiled by David Joel Hamilton September 20, 2018

Faith Formation Parent Booklet

Crusader. Times. The. Nota Bene / Note Well: CATHOLIC SCHOOL MATTERS! Upcoming

Newsletter 17 Friday 26th January

Transcription:

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 2018

Werrej Paġna 1. IL-Missjoni u l-viżjoni Tagħna 3 2. Punti Ewlenin 3 3. Ħin tad-dħul u ħruġ mill-iskola 5 4. L-Uniformi 6 5. Policy għal Stil ta' Ħajja Sana 8 6. Niċċelebraw Għeluq is-snin 10 7. Informazzjoni personali 10 8. Ċirkularijiet 10 9. Ħarġiet Edukattivi 11 10. Xiri bla bżonn 11 11. Il-Kotba 11 12. Informazzjoni Ġenerali 12 13. Policy dwar Assenteiżmu 13 14. Basktijiet 14 15. Konklużjoni 14 1 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

Għeżież ġenituri/kustodji, Nilqgħukom għas-sena skolastika 2017-2018! Nixtiequ nibdew billi nirringrazzjawkom tas-sena skolastika li għaddiet għax bil-kollaborazzjoni ta kulħadd ħdimna sew flimkien. Ċerti li f din is-sena skolastika li ġejja se nerġgħu naħdmu lkoll flimkien għall-ġid tat-tfal li għandna fdati f idejna. Dan il-ktejjeb huwa mimli informazzjoni importanti li kulħadd għandu jkun jaf biex l-iskola, il-ġenituri/kustodji u l-istudenti jiġbdu ħabel wieħed matul din is-sena. Nissuġġerixxi li taqraw Sezzjoni 13: Policy dwar l-assenteiżmu biex tivverifikaw x għandkom tagħmlu meta wliedkom ikunu ma jifilħux. Ta min wieħed jaqra Sezzjoni 5: Policy għal Stil ta Ħajja Sana fejn hemm indikat x ikel jistgħu jġibu l-iskola. Huwa importanti li kulħadd jimxi ma dawn il-linji gwida. Importanti li t-tfal kollha jaqraw u jagħmlu reviżjoni kuljum barra li jagħmlu x-xogħol tad-dar mogħti mill-għalliema. Fil-ħajja teknoloġika tal-lum malajr naqgħu fit-tentazzjoni li nħallu lit-tfal tagħna jqattgħu ħafna ħin fuq il-kompjuter jew jaraw it-televiżjoni. Huwa tajjeb li jieħdu brejk speċjalment wara ġurnata skola imma huwa importanti li dan il-ħin ma jkunx ħin twil iżżejjed u jkun ddedikat lit-teknoloġija biss għax dan iwassal għal ħin twil bilqiegħda. Tajjeb li barra li jirrevedu, uliedkom jipprattikaw xi sport jew iqattgħu ħin jagħmlu xi passatemp li jħobbu. Dan jgħodd ukoll għal waqt il-vaganzi tas-sajf. Bħal dejjem, f każ ta xi problema, tistgħu ċċemplu u tagħmlu appuntament biex nitkellmu flimkien. Tistgħu tikkuntattjawna fuq: 21454496 21456247 jew fuq l-indirizz elettroniku: snc.dingli.pr@ilearn.edu.mt Jien, flimkien mal-assistenta kap tal-iskola u l-istaff kollu, lesti biex flimkien magħkom nerġgħu naħdmu qatigħ ħalli nkomplu mmexxu l-iskola l quddiem minn kull aspett speċjalment biex immexxu t-tfal il quddiem akkademikament, kif ukoll ħolistikament. Infakkarkom ukoll biex iżżuru l-websajt il-ġdida tal-iskola li se tkun mimlija attivitajiet li jkunu qed isiru matul is-sena: https://dingliprimaryschool.wordpress.com/ Tistgħu tidħlu wkoll fuq Dingli Pr Carers Room fl-ilearn tat-tfal tagħkom billi tidħlu fuq l-ilearn account tat-tfal tagħkom. Hemmhekk ssibu informazzjoni neċessarja oħra fosthom il-kalendarju tal-iskola(fis-sezzjoni School Calendar) kif ukoll xi ċirkularijiet (fis-sezzjoni School Notices) li jintbagħtu minn żmien 2 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

għal żmien u li qabel kienu jintbagħtu mat-tfal. Għalhekk nagħmel premura biex tiċċekkjaw ta spiss l-ilearn ta uliedkom. Nirringrazzjawkom bil-quddiem, Tislijiet, Is-Sa. E. Galea - Kap tal-iskola Is-Sa. Anne Marie Camilleri - Assistenta Kap tal-iskola 1. IL-Missjoni u l-viżjoni Tagħna Il-Viżjoni tagħna. We are a school whose main priority is to strive at providing quality learning with care for every student in a stimulating environment. Il-Missjoni tagħna. The caring school community at St Nicholas College, Dingli Primary believes in the development of learners to their full potential through enjoyable learning, the acquistion of positive values and the promotion of holistic education. 2. Punti Ewlenin L-ordni, id-dixxiplina u lingwaġġ adattat huma meħtieġa f organizzazzjoni bħalma hi l-iskola. Manjieri tajba huma mistennija minn kull min jagħmel parti mill-komunita edukattiva. Il-bilanċ bejn id-drittijiet u d-dmirijiet ta kulħadd għandu jwassal biex l-iskola timxi l quddiem u bla skossi. Dan il-ktejjeb għandu 3 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

jgħin biex nifhmu x inhu mistenni ħalli nkunu nistgħu ngawdu s-suċċess tal-iskola flimkien. Dawn huma xi regoli li għandhom jiġu mħarsa biex titmexxa l-iskola bl-inqas xkiel possibbli u ħalli t-tfal jingħataw il-massimu possibbli: Attendenza regolari, fil-ħin u b entużjażmu għat-tagħlim. Regoli maqbula f kull klassi, spjegati ċari u f każ ta ksur, il-konsegwenzi. Regoli tal-iskola barra mill-klassi għaż-żamma tas-saħħa u s-sigurta speċjalment waqt il-logħob fil-bitħa, fit-tojlits u meta jkunu barra mill-iskola għal xi ħarġa edukattiva. L-attendenza titniżżel l-ewwel ħaġa filgħodu u tintbagħat lid-direttorat b sistema elettronika. Min jiġi tard jaf ikun diġaˋ tniżżel assenti. Meta taraw sintomi ta influwenza jew mard ieħor żommu lit-tfal id-dar u avżaw lill-iskola b nota meta jiġu lura u b ċertifikat mediku jekk idumu iktar minn tlett ijiem. Jekk ikunu morda titolbux homework. L-għalliema jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex it-tfal jirkupraw ix-xogħol li jkunu tilfu wara li jkunu rritornaw. Meta t-tfal jkollhom mard li jittieħed bħal ġidri, ħożba... l-ġenituri jridu jibagħtu ċertifikat mediku li jiddikjara li t-tfal jistgħu jerġgħu jmorru l- iskola. Jekk minħabba f hekk, l-istudent jibqa marid għal aktar minn ħamest (5) ijiem konsekuttivi, iċ-ċertifikat mediku jrid jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard mill-5 ġurnata tal-assenza tiegħu. F każ li t-tfal ikunu l-iskola u ninnutaw xi ponot, l-iskola tinforma millewwel lill-ġenituri li jridu jiġu u jieħdu lit-tfal. Imbagħad il-ġenituri huma mitluba jġibu ċertifikat mediku li jikkonferma li t-tfal m għandhomx xi ħaġa li tittieħed. B dan iċ-ċertifikat mediku biss it-tfal jitħallew jerġgħu jidħlu l-iskola. L-istess japplika f każ li t-tfal jintbagħtu mill-iskola ma jifilħux. Ix-xagħar għandu jinħasel spiss biex jinżamm nadif u għandu jkun miġbur, speċjalment f każ ta xagħar twil. Meta l-iskola tissuspetta li hemm xi studenti li jista jkun li għandhom ilqamel, l-iskola tavża mill-ewwel lill-klinika ta TopBrands Medica Malta. Dawn imbagħad jiġu l-iskola u jiċċekkjaw. Jekk dan ikun minnu, jiġu infurmati l-ġenituri/kustodji u dawn iridu jiġu jiġbru lil uliedhom kemm jista jkun malajr. Il-ġenituri/kustodji għandhom jikkuntattjaw millewwel lill-klinika tat- TopBrands Medica. Imbagħad l-istudenti jirritornaw l-iskola biss meta TopBrands toħroġ iċ-ċertifikat li jindika li ras it-tfal nadifa. Imbagħad il-ġenituri/kustodji għandhom jippreżentaw dan iċ-ċertifikat lill-amministrazzjoni. 4 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

It-tfal m għandhomx għalfejn iġibu ġugarelli magħhom l-iskola. Ġugarelli bħal pupi, soft toys, fidget spinners, kupuni li jpartu jew xi ġugarelli oħra li jkunu moda minn żmien għal żmien għandhom jitħallew id-dar. Huwa importanti li kull ħaġa li jġibu magħhom it-tfal l-iskola jkollha l-isem u l-kunjom fuqha. Dan għandu jsir speċjalment fuq l-uniformi, il-basktijiet, il-lunch boxes, u l-pokits. Nissuġerixxu li dan isir ukoll ma' kull ħaġa fil-pokits, bħal biros u lapsijiet eċċ, ħalli jkun aktar faċli għall-għalliema u studenti nnifishom li jsibu ta' min ikun l-oġġett f'każ li jintilef. 3. Ħin tad-dħul u ħruġ mill-iskola It-tfal kollha minn Settembru sa Mejju għandhom jidħlu fit-8.30 am. F Ġunju jidħlu fit-8:15am. Fil-ħinijiet tax-xitwa it-tfal tal-kindergarten joħorġu minn Triq il-buskett fis-2.15pm u tal-primarja minn Triq il-buskett fis-2.30pm. Fil-ħinijiet tas-sajf (mill-1 ta Ġunju) it-tfal tal-kindergarten jibdew joħorġu minn Triq il-buskett f 11.55am u tal-primarja minn Triq Buskett f 12.00pm. Serrħu raskom li l-għalliema u/jew l-amministrazzjoni se jibqgħu mat-tfal sakemm il-ġenituri/kustodji jiġu għalihom. It-tfal kollha għandhom jidħlu u joħorġu minn Triq il-buskett. It-tfal li għandhom servizz ta LSA full time one-to-one, għandhom jgħaddu MINN ID il-ġenituri/kuraturi GĦAL ID l-lsa filgħodu (8:30am) u x ħin tispiċċa l-iskola. Għalhekk huwa importanti li kemm fid-dħul u kemm fil-ħruġ tat-tfal, il-ġenituri jibqgħu jistennew lit-tfal tagħhom barra għax f dawk il-ħinijiet mhux permess li l-ġenituri jidħlu l-iskola. Huwa importanti li t-tfal jitilfu mill-inqas mil-lezzjonijiet ħalli ma jitilfux mit-tagħlim għalhekk tistgħu tiġbru t-tfal kmieni f każ BISS ta emerġenza. F' każ li jkun hemm bżonn tagħmlu dan, ibagħtu nota lill-għalliema u meta tiġu għalihom għandkom tiffirmaw fl-uffiċċju tas-segretarja li ħriġtuhom kmieni. 5 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

IMPORTANTI LI F KAŻ TA APPUNTAMENT L-ISPTAR JEW X IMKIEN IEĦOR TRIDU TURU L-KARTA TAL-APPUNTAMENT BIEX IT-TFAL JITĦALLEW JITILQU QABEL. Min ikun jixtieq ikellem lill-għalliema fit-tul għandu jċempel għal appuntament. It-tfal li jiġu l-iskola u jmorru lura d-dar bil-vann joħorġu mill-grada ta maġenb il-bieb li jidħlu t-tfal minnu, jiġifieri l-grada li tinsab fi Triq il-buskett. Huwa importanti li kemm fid-dħul u kemm fil-ħruġ tat-tfal il-ġenituri jibqgħu jistennew lit-tfal tagħhom barra għax f dawk il-ħinijiet mhux permess li l-ġenituri jidħlu l-iskola. 4. L-Uniformi L-uniformi tal-kindergarten kif ukoll tal-primarja tista tinxtara mingħand il-yorkie, Qasam Industrijali, San Ġwann. Telefown: 2144 2460. L-uniformi tista' wkoll tinxtara mingħand ħwienet oħra li jbiegħu l-istess uniformi. It-tfal għandhom jilbsu l-uniformi tas-sajf f Settembru, Ottubru, Mejju u Ġunju. Min-Novembru sa April jilbsu l-uniformi tax-xitwa (jew meta mitluba mill-amministrazzjoni). It-tfal kollha: f xagħarhom hairbands, scrunchies, ċfuf jew molol għandhom ikunu blu skur/oranġjo jew suwed. Affarijiet li mhumiex parti mill-uniformi u li m għandhomx jiġu l-iskola bihom: Kull forma ta aċċessorji, ġawhar jew deheb, eż: ċpiepet, ġiżirajjen u ċrieket; Imsielet fil-wiċċ u ebda tip ta body piercing; Make-up u nail polish; Stil u kulur tax-xagħar li mhumiex adattati; ix-xagħar għandu jkun dejjem nadif u pulit. Brieret fil-kurituri jew klassijiet tal-iskola Jekk jintlibsu l-imsielet għandhom ikunu buttun. L-ebda tip ta misluta oħra mhi aċċettata bħal ħolqa jew xi ħaġa mdendla li tista tinġibed max-xagħar f xi inċident. L-iskola mhix responsabbli f każ ta inċident 6 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

b imsielet ta dawn it-tip. Barra minn hekk l-iskola ma tiħux responsabbilta għall-ġojjellerija li tintilef l-iskola. Il-beritta li tista tintlibes hija dik tal-uniformi jew beritta ta kulur abjad biss. F każ li jkun il-bard u/jew ix-xita tista tintlibes il- ġakketta tal-uniformi bl-ilqugħ mix-xita għal rashom u boots iswed jew navy blu. Jekk ilġakketta ma tkunx tal-uniformi jiġu aċċettati biss dawk ta kulur blu skur jew iswed. Rigward xalel u brieret jiġu aċċettati dawk ta kulur blu skur jew iswed biss. L-umbrelel huma perikolużi f idejn it-tfal u mhumiex permessi ġo l-iskola. Punti importanti dwar l-uniformi Kindergarten: L-uniformi tat-tfal tal-kindergarten hi magħmula minn tracksuit ta' kulur oranġjo u navy blue għal matul ix-xitwa u top oranġjo bl-għonq blu u xorts navy blue bil-piping oranġjo għal matul is-sajf. Kemm fis-sajf kif ukoll fixxitwa l-isports shoes irid ikun abjad, jinqafel bil-velcro u jintlibes ma kalzetti bojod. It-tfal tal-kindergarten għandhom dejjem jilbsu sports shoes abjad bilkalzetti bojod. Ma jiġux aċċettati kuluri oħra. Importanti li l-isports shoes ikun bil-velcro u mhux bil-lazz. IMPORTANTI: Kull biċċa mill-uniformi jkollha l-isem jew marka ta' min hi. Primarja: L-Uniformi tax-xitwa tikkonsisti fi: Qmis bajda, imdaħħla fil-qalziet / dublett; Ingravata (fil-każ tas-subien); Collar (cross-tie) (fil-każ tal-bniet); Qalziet blu biċ-ċinturin iswed (għas-subien); Dublett jew qalziet blu (għall-bniet); Pullover v-neck oranġjo bl-isem u l-logo tal-kulleġġ San Nikola; Anorak navy blue bl-isem u l-logo tal-kulleġġ San Nikola; Kalzetti suwed; Tights iswed (għall-bniet); Żarbun iswed ċatt (mhux ballerina shoes fil-każ tal-bniet). 7 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

Primarja: L-Uniformi tas-sajf tikkonsisti fi: Poloshirt oranġjo, bl-għonq blu u bl-isem u l-logo tal-kulleġġ. Dan irid ikun imdaħħal fil-bermuda (fil-każ tas-subien) jew fid-dublett (fil-każ tal-bniet); Bermuda blu, biċ-ċintorin iswed (għas-subien); Dublett blu (għall-bniet); Kalzetti suwed twal; Żarbun iswed ċatt (mhux ballerina shoes fil-każ tal-bniet). Primarja: Il-P.E. Kit tas-sajf tikkonsisti fi: T-Shirt oranġjo bl-isem tal-kulleġġ San Nikola; xorts blu bil-piping oranġjo fil-ġnub; Beritta bajda, bil-piping oranġjo u bil-logo tal-kulleġġ; Kalzetti bojod twal; Gym shoes bojod. Primarja: Il-P.E. Kit tax-xitwa tikkonsisti fi: Tracksuit bl-isem u l-logo tal-kulleġġ San Nikola; T-Shirt oranġjo (round neck) bil-kmiem twal u bla reklami li jintlibes taħt it-tracksuit; Kalzetti bojod twal; Gym shoes bojod. 5. Policy għal Stil ta' Ħajja Sana Qed nagħmlu ħilitna biex l-iskola tagħna tagħmel differenza fl-istil ta ħajja personali u fil-komunita. Għaldaqstant din il-policy timmira lejn: li nifhmu li biex niċċelebraw okkażjoni m hemmx għalfejn nieħdu ħafna zokkor żejjed; tfal konxji mill-importanza tas-saħħa u li jidraw jagħżlu ikel varjat u sustanzjuż; tfal li jagħmlu eżerċizzju regolari fl-iskola, barra u fid-dar; ġenituri u kuraturi li jagħrfu li dieta bilanċjata tikkonsisti f karboidrati u fibra (frott u ħaxix), karboidrati kumplessi (ħobż, għaġin, ross ), proteini (laħam, ħut, ħalib, bajd ) u xaħmijiet tajbin (lewż, żejt taż-żebbuġa ) 8 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

tinkoraġġixxi d-drawwa li t-tfal jieklu biċċa ħobż, jixorbu l-ilma u jieklu frott frisk għall-kolazzjon u għal-lunch mhux ikel jew xorb mimli zokkor u li jħassar is-snien. ġenituri li kapaċi jipprovdu ikel biex jittiekel l-iskola u li jimxu ma din il-policy li ssibu f din is-sit: https://education.gov.mt/en/resources/news/documents/healthy%20eatin g%20and%20physical%20activity%20policy.pdf L-iskola tagħmel ħilitha biex kemm jista jkun iżżomm ma din il-policy. Il-ġenituri għandhom jaraw li l-istudenti jġibu magħhom ikel nutrittiv, ilma u frott frisk u jiġbdu l-attenzjoni ta min ma jkunx qed jinkoraġġixxi drawwiet sani. Meta l-iskola jew il-klassijiet f year groups differenti jorganizzaw attivitajiet u ħarġiet li jinvolvu l-eżerċizzji fiżiku (bħal fun day, fun walk, eċċ) mistennija koperazzjoni sħiħa mill-ġenituri u kuraturi biex it-tfal kollha jingħataw l-opportunitajiet li toffri l-iskola; ħalli jieħdu gost waqt li jitgħallmu. Il-ġenituri għandhom jieħdu ħsieb jinfurmaw lill-għalliema, kindergarten assistant u/jew LSA meta wliedhom isegwu xi dieta speċjali jew jekk xi ikel ma jkunx tajjeb għalihom. Jekk għandkom xi karti mingħand xi tabib/professur huwa importanti li tingħata kopja lill-iskola. Jekk għal xi raġuni jkollkom bżonn tixtru l-ikel tat-tfal tagħkom minn barra, araw li xorta dan ikun jimxi ma din il-policy. Il-ġenituri u kuraturi m għandhomx jibagħtu t-tfal bil-ħelu, pakketti u ikel li mhux naturali għaliex ikunu qed itellfu l-iskop kollu ta din il-policy tant bżonnjuża biex fi gżiritna jkollna tfal b inqas piż żejjed u iktar b saħħithom. Il-lunch għandu jinġieb f kontenitur nadif tal-plastik. It-tfal li jixtiequ l-ħalib għandhom iġibu tazza nadifa u sarvetta tad-drapp li jużaw biex jixxuttaw it-tazza wara li jaħsluha. Tajjeb li t-tfal ikollhom xi wipes/tissues magħhom u xi face cloth għal wara xi ġirja. It-tazza u s-sarvetta għandhom jkunu mmarkati wkoll b isem it-tfal. 9 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

6. Niċċelebraw Għeluq is-snin Bosta ġenituri jkunu jixtiequ jibagħtu kejk biex uliedhom jiċċelebraw għeluq sninhom ma ħbiebhom tal-klassi. Tistgħu tibagħtu plain cupcakes jew kejk plain imqatta (mingħajr ċikkulata, icing sugar, ġamm, cocoa powder, smarties, krema, vermiċelli). Jekk il-kejkijiet ma jkunux kif qed jiġi spjegat hawn fuq, ikollna nċemplulkom biex tiġu u tbiddluh jew jekk ma tkunux tistgħu tiġu l-kejk ma jinqasamx. Ftakru li din tkun ġurnata speċjali għat-tfal allura nappellaw biex tikkoperaw magħna biex it-tfal ma jħossuhomx diżappuntati. 7. Informazzjoni Personali Jekk hemm xi problema personali dwar il-ħruġ tat-tfal mill-iskola avżaw lill-iskola bl-ismijiet ta min jista jiġbor lit-tfal flimkien man-numru tal-karta tal-identita tal-persuna li qed tħallu tiġbor lit-tfal tagħkom. Tajjeb ukoll li tavżaw lill-iskola jekk għaddejjin b xi proċeduri fis-cdau jew jekk it-tfal ibatu b xi kundizzjoni jew allerġija u li importanti li nkunu nafu. Il-mediċina ma tistax tintbagħat mat-tfal jew tittieħed minnhom mingħajr superviżjoni. Min għandu bżonn is-servizz regolari tan-ners biex tingħata xi mediċina lit-tfal regolarment għandu jimla applikazzjoni fl-uffiċċju amministrattiv. Ladarba dan is-servizz jibda jingħata, il-ġenitur irid javża lill-iskola qabel id-9.00am kull meta s-servizz mhux se jużah minħabba assenza. 8. Ċirkularijiet Żommu ċ-ċirkularijiet fejn issibuhom u għallmu lil uliedkom biex ituhomlkom fil-pront. Fejn ikun hemm bżonn li tagħmlu xi booking għal xi ħarġa jew biex tordnaw xi ħaġa, dejjem imxu mad-data tal-għeluq imniżżla fuq iċ-ċirkulari. Jekk it-tifel/tifla jkunu ma jifilħux, ċemplu biex tibbukkjaw. Minn din is-sena l-ammont ta ċirkularijiet li se jinbagħtu d-dar se jonqos. Infakkarkom tużaw l-ilearn room: Dingli Pr Carers Room. (ara paġna 2) 10 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

Min isib xi diffikulta biex jaċċessa l-ilearn ikellem l-amministrazzjoni malajr kemm jista jkun. 9. Ħarġiet Edukattivi Il-ħruġ edukattiv huwa parti mill-ġurnata tal-iskola u nħeġġiġkom biex taraw li uliedkom ma jitilfux ħarġa għalxejn. Għal kull ħarġa tingħataw karta biex tiffirmaw il-kunsens tagħkom. Ibagħtu din mal-ħlas mill-aktar fis u mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ħalli jkun jista jiġi ordnat it-trasport u jsir il-booking fil-post li jkunu sejrin. L-aħjar li l-ammont eżatt tal-flus u l-formola bil-kunsens jintbagħtu f envelop jew borża magħluqa u jkun hemm imniżżla dawn id-dettalji: Isem u Kunjom it-tfal, il-flus li hemm u għal-liema ħarġa qed jintbagħtu. Jekk ikunu qed jintalbu flus ta aktar minn ħarġa waħda fl-istess żmien, importanti li dawn ma jkunux fl-istess envelop imma jkunu f envelops separati. Importanti li t-tfal iġibu ruħhom sew ħafna waqt il-ħruġ. Agħtu kas x suppost ikunu lebsin għall-ħarġa. Tfal li mhux ser ikunu lebsin kif kien miktub fiċ-ċirkulari, ma joħorġux. L-ikel irid ikun san ukoll waqt ħarġiet edukattivi allura ħelu mhux permess. 10. Xiri bla bżonn L-iskola ma tistenniex li t-tfal ikollhom basket jew pencil case ġdid kull sena. 11. Il-Kotba It-tfal jiġu mislufa l-kotba u dawn għandhom jiġu miksija mingħajr ma tintmess kolla/tape mal-ktieb innifsu. Waħħlu label b isem it-tifel/tifla u l-klassi mal-pastik li tkunu ksejtu bih il-ktieb. Jekk il-ktieb jitqatta jew jintilef il-ġenituri għandhom jixtru ktieb bħalu u jirritornawh l-iskola biex jużah ħaddieħor fis-sena skolastika li jmiss. Biex inrawmnu l-imħabba lejn il-qari nissuġerixxu li wliedkom jinkitbu fillibrerija pubblika li hemm fl-iskola stess. 11 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

12. Informazzjoni Ġenerali Korrispondenza fuq livell ta klassi għandha tintbagħat lill-għalliem/a, kindergarten assistant jew LSA permezz ta nota li tinkiteb fuq il-homework diary jew fuq karta separata u li jġibu t-tfal magħhom l-iskola. Korrispondenza fuq livell ta skola għandha tintbagħat: - permezz ta nota mat-tfal - b imejl: snc.dingli.pr@ilearn.edu.mt - bil-posta lill-kap tal-iskola fuq dan l-indirizz: Kulleġġ San Nikola Skola Primarja Dingli Triq il-kbira, Dingli, DGL 1837 F każ ta diffikulta ċemplu fuq dawn in-numri: 21454496 21456247 Korrispondenza fuq livell ta Kulleġġ għandha tintbagħat: Lill-Prinċipal, Is-Sa. Josephine Mifsud, Kulleġġ San Nikola, Uffiċċju tal-prinċipal, Triq Fisher, Imġarr, MGR 9054 Tel: 2598 8000 jew b imejl fuq: stnicholas.college@ilearn.edu.mt. Importanti ħafna li meta tidħlu l-iskola, l-ewwel tmorru tkellmu lis-segretarja jew lill-kap tal-iskola u/jew lill-assistenta Kap ta skola fl- uffiċċji biex huma jagħtukom il-permess tkellmu lill-għalliema. Dan isir għas-sigurtaˋ tat-tfal tagħkom stess. Nitolbukom tiftakru li l-iskola hi post pubbliku mela importanti li tiġu l-iskola b ilbies xieraq u deċenti. 12 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

13. Policy dwar Assenteiżmu Id-Direttorati tal-edukazzjoni nedew dokument dwar l-attendenza bi proċeduri ġodda li jridu jiġu mħarsa minn kulħadd għall-benefiċċju tal-istudenti. Intom mitluba li timxu ma dawn il-proċeduri: 1. Meta t-tfal jfallu l-iskola għandkom iċċemplu u wara tippreżentaw ilformola tal-assenteiżmu, li pprovdit l-iskola, lill-kap tal-iskola fejn tagħtu raġuni għaliex it-tifel/tifla ma setax jattendi skola. Għal kull ġurnata li fiha t-tifel/tifla i/tfalli l-iskola trid tingħata ġustifikazzjoni. Jekk ilġustifikazzjoni ma tiġix aċċettata, t-tfal jitniżżlu bħala assenti. 2. Jekk matul is-sena skolastika t-tfal jfallu aktar minn disat (9) ijiem mingħajr ma tingħata raġuni valida tal-assenza tat-tfal, jittieħdu aktar miżuri. 3. Jekk it-tfal tagħkom mhumiex jattendu skola għax jinsabu ma jifilħux, ċertifikat mediku għandu jiġi ppreżentat jekk it-tfal ikunu morda għal aktar minn tlett ijiem. Jekk ikunu ma jifilħux għal inqas minn tlett ijiem, nota bil-miktub għandha tkun biżżejjed. Il-Kap tal-iskola xorta tista titlob ċertifikat mediku. 4. Ċertifikat mediku għandu jiġi ppreżentat fi żmien tlett ijiem minn meta t-tfal jirritornaw l-iskola. Jekk l-istudent jibqa marid għal ħamest (5) ijiem konsekuttivi, iċ-ċertifikat mediku jrid jiġi ppreżentat eżatt wara li jgħaddu dawk il-ħamest ijiem. Huwa importanti ukoll li maċ-ċertifikat tiġi ppreżentata l-medical Certificate Record Card mimlija mit-tabib li għamel iċ-ċertifikat mediku. 5. Permessi għal btajjel waqt il-jiem ta l-iskola, mhux permessi u b hekk l-istudenti jitniżżlu bħala assenti. Huwa biss f każijiet ta żjara b għan edukattiv, raġuni familjari bħal imwiet ta familjari, żwieġ tal-ġenituri jew aħwa jew interventi mediċi barra minn Malta jista jingħata permess wara li d-dokumenti meħtieġa jiġu ppreżentati lill-iskola. 6. Kif stipulat fl-att dwar l-edukazzjoni Kapitlu 357 Artiklu 2, l-eta obbligatorja ta kull student li jibda jattendi l-iskola hi minn 5 snin. Għalhekk jekk it-tfal għalqu 5 snin u qed jattendu l-kinder 2 iridu jsegwu l-proċeduri msemmija hawn fuq. 13 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018

14. Basktijiet Hija responsabbilta' ta' min jieħu ħsieb it-tfal li jara li t-tfal ma jġorrux affarijiet żejda fil-basket tal-iskola bħal pokits żejda jew kotba li mhumiex tal-iskola. Il-kotba l-oħra jistgħu jħalluhom taħt il-mejda fil-klassi. Dan kollu biex it-tfal ma jġorrux piż żejjed fuq daharhom. 15. Konklużjoni Dan il-fuljett għandu jinżamm u jintuża bħala punt ta' referenza matul is-sena skolastika kollha, ħalli b'hekk ikun aktar faċli biex niġbdu ħabel wieħed, kemm mill-iskola u kemm mid-dar, dejjem għall-ġid tal-istudenti tagħna. Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom. 14 Linji Gwida għall-ġenituri/kustodji 2017-2018